Barranin
Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew minħabba tħassib dwar it-tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina

Id-dollaru kien sod kontra muniti ewlenin oħra hekk kif l-investituri kienu qed jistennew tnaqqis fir-rata tal-interessi mill-Federal Reserve u minħabba rapport avvanzat dwar it-tkabbir ekonomiku fit-tielet kwart li jista’ jitfa’ dawl fuq il-prospetti dwar ir-rata.

L-Isterlina wkoll kienet stabbli, u żammet taħt ir-rati għolja tal-aħħar ħames xhur, wara li l-House of Commons approvat elezzjoni bikrija f’Diċembru li tista’ ssolvi n-nuqqas ta’ ftehim dwar Brexit.

Id-dollaru kien stabbli kontra l-ewro f’$1.1117 u marġinalment aktar baxx kontra grupp ta’ sitt muniti ewlenin b’97.630. Kontra l-Yen, id-dollaru ftit kellu ċaqliq u sarraf 108.86 yren mhux wisq il bogħod mill-ogħla rata għal tliet xhur ta’ 109.07 yen milħuqa nhar it-Tlieta.

L-ishma Ewropew tbaxxew hekk kif rapporti finanzjarji dgħajfin mill-banek u dubbji dwar ftehim interim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina xprunaw il-bejgħ tal-ishma, għalkemm it-telf kien limitat mill-eċċitament dwar it-taħditiet għall-għaqda bejn il-Fiat Chrysler u l-PSA ta’ Franza.

Wall Street tħabtet għal direzzjoni għax l-investituri qagħdu jistennew id-deċizzjoni tal-Federal Reserve aktar tard fil-jum. Il-bank kien mistenni li jnaqqas ir-rati tal-interess għat-tielet darba din is-sena biex ipatti għal xi effett kuntrarju mit-tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew minħabba li t-tħassib dwar possibiltà ta’ dewmien fir-riżoluzzjoni tat-tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, li laqat ħażin lid-domanda gloabli għaż=żejt, ibbilanċja it-tnaqqis fil-ħażniet taż=żejt fl-Istati uniti li sostna l-prezz.

Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu wara li kienu laħqu l-inqas prezz f’ġimgħa fis-sessjoni preċedenti, minħabba li l-investituri stennew id-deċiżjoni tal-Federal Reserve dwar ir-rati.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru rkupra xi telf tal-bidu hekk kif l-istatistika ekonomika dgħajfa u t-tħassib dwar jekk l-Istati Uniti u ċ-Ċina humiex ser jilħqu ftehim laqtu ħażin l-appell tad-dollaru bħala munita sigura….

Barranin

Muniti Id-dollaru ftit li xejn inbidel wara li l-President Trump f’diskors li għamel ma ta ebda dettalji ġodda dwar il-gwerra kummerċjali maċ-Ċina. Il-Frank Żvizzeru tela’ għall-ogħla rata f’xahar kontra l-ewro…

Barranin

Muniti Id-dollaru kien aktar b’saħħtu kontra l-yen u l-Frank Żvizzeru hekk kif l-investituri kienu aktar ottimisti qabel diskors tal-President Trump, li fih mistenni li jipposponi tariffi fuq il-karozzi Ewropej b’sitt…

Barranin

Id-dollaru żamm iż-żidiet tiegħu kontra l-yen u l-frank Żvizzeru llum hekk kif l-investituri xtraw assi aktar riskjużi wara l-aħbar li ċ-Ċina u l-Istati Uniti qablu li jirtiraw tariffi bħala parti…

Aktar