Barranin
Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew u komplew bit-telf kbir hekk kif il-każijiet ta’ Coronavirus fl-Istati Uniti komplew jiżdiedu

Id-Dollaru Awstraljan u muniti oħrajn sensittivi għar-riskju komplew jitilfu llum, waqt li muniti meqjusa sikuri kienu sostnuti wara li tbaxxew l-ishma minħabba dubji li dejjem qed jikbru dwar ikrupru malajr mill-pandemija.

L-infezzjonijiet dejjem qed jiżdiedu madwar id-dinja żiedu mal-evalwazzjoni serja mill-Federal Reserve li qajmet bejgħ qawwi fl-ishma globali u kabbret is-sentiment kontra r-riskju.

Iżda bosta investituri raw li l-mossi ta’ malajr bħala bejgħ qawwi wara żieda qawwija fix-xiri ta’ assi riskjużi li bdiet mat-tamiet ta’ aktar ftuħ ekonomiku f’bosta pajjiżi.

L-ewro tbaxxew għal $1.1291 u kompla jitlef mil-livell ta’ $1.14225 ta’ nhar l-Erbgħa waqt li l-Isterlina ukoll tbaxxiet għal $1.2556 minn $1.2812 ta’ nhar l-Erbgħa.

Is-swieq finanzjarji fl-Ewropa fetħu baxxi llum, u komplew bil-bejgħ sinifikattiv wara li l-istqarrija tal-Federal Reserve u tħassib dwar it-tieni mewġa ta’ koronavirus wassal għal tnaqqis fis-sentiment. L-iSTOXX 600 tilef 0.9% f’negozju bikri, bl-ishma tal-ivvjaġġar u tad-dioveriment jitilfu 1.7% biex ikunu fuq quddiem tat-telf fis-setturi kollha barra l-ishma tal-fabbriki tal-karozzi.

Dan l-indiċi lbieraħ tilef 4% wara t-twissija tal-Federal Reserve ta’ tnaqqis ta’ 6.5% fil-Prodott Domestiku Gross Amerikan din is-sena. Dan naqqas it-tamiet ta’ rkupru ekonomiku wara l-pandemija, waqt li diversi stati Amerikani rrapurtaw żieda fil-każi wara l-illaxkar ekonomiku.

Il-Fond Monetarju Internazzjonali lbieraħ qal li l-gvernijiet madwar id-dinja tefgħu $10 Triljun f’pakketti a’ stimulu bil-għan li jnaqqsu l-impatt tal-pandemija li issa infettat aktar minn 7.5 miljun persuna madwar id-dinja. Id-Direttur Maniġerjali tal-Fond, Kristalina Georgieva madankollu ssuġġeriet li ser ikun hemm bżonn ta’ aktar azzjoni biex tkun sostnuta l-ekonomija globali.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew illum u komplew bit-telf kbir ta’ matul il-lejl hekk kif il-każi tal-coronavirus fl-Istati Uniti komplew jiżdiedu din il-ġimgħa u kabbru l-prospetti tat-tieni mewġa tal-coronavirus li mbagħad tolqot id-domanda fl-akbar konsumatur fid-dinja taż-żejt raffinat u tal-fjuwil.

Il-Brent tilef $1.34, jew 3.5%, għal $37.21 kull barmil kmieni llum, wara li tilef kważi 8% fis-sessjoni ta’ qabel. Il-West Texas Intermediate tbaxxa b’$1.37 jew 3.8%, għal $34.97 kull barmil wara li tilef aktar minn 8% ilbieraħ. Ir-realtà hija li l-imxija tal-coronavirus hija ‘l bogħod mit-tmiem u dan waqqaf malajr l-irkupru li żied il-prezz minn dak baxx matul April bl-infezzjonijiet fl-Istati Uniti biss qabżu ż-żewġ miljuni.

Il-prezzijiet ta’ referenza taż-żejt resqin lejn l-ewwel ġimgħa ta’ telf f’sebgħa, bil-Brent u l-West Texas jitilfu aktar minn 12% minħabba ż-żieda fil-ħażniet.

Il-podutturi mill-Istati Uniti u mill-OPEC u l-alleati tagħha qegħdin jqatgħu l-provvista wħud b’ammonti rekord. L-OPEC u l-alleati naqqsu l-provvisti b’10% mid-domanda ta’ qabel il-pandemija u fi tmiem il-ġimgħa li għadda qablu li jestendu t-tnaqqis.

Id-deheb ma wera ebda moviment illum hekk kif dollaru aktar b’saħħtu ibbilanċja t-tnaqqis fis-sentiment ta’ riskju bit-tħassib dwar it-tieni mewġa tal-pandemija u rkupru ekonomiku mtawwal, waqt li d-deheb kien riesaq lejn l-ewwel żieda f’erba ġimgħat.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Barranin

Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra r-rivali tiegħu hekk kif statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti u mill-Ewropa saħħew is-sentiment ta’ riskju, b’tamiet għal vaċċin kontra l-Covid-19 ikomplu jgħinu s-sentiment….

Barranin

Muniti Statistika ekonomika Ewropea tajba xprunat is-sentiment ta’ riskju llum, waqt li tilef l-ewro u l-indiċi tad-dollaru żdied xi ftit hekk kif  is-swieq finanzjarji bbilanċjaw tamiet għal rkupru ekonomiku globali…

Barranin

Muniti Grupp ġdid ta’ statistika ekonomika ħażina żammet lill-ewro u lill-isterlina taħt pressjoni hekk kif tbaxxa s-sentiment minħabba l-biża’ ta’ postijiet ġodda ta’ imxija qawwija tal-COVID-19 madwar id-dinja u li…

Aktar