Barranin, Lokali
Il-prezzijiet taż-żejt telgħu għal-livell għoli ġdid f’sentejn u nofs

Muniti Kontra l-Ewro

Id-dollaru llum irkupra, u waqqaf tliet ġimgħat ta’ telf hekk kif l-investituri kkonsolidaw il-pożizzjonijiet tagħhom qabel ma joħorġu ċ-ċifri dwar il-manifattura u l-minuti tal-laqgħa ta’ Diċembru tal-Federal Reserve. L-isterlina ma kellha ebda ċaqliq iżda baqgħet qrib l-ogħla rata fi tliet xhur ta’ $1.36, qabel ma stħarriġ wera li naqas ir-ritmu tat-tkabbir fis-settur tal-kostruzzjoni fir-Renju Unit.

Indiċi

L-indiċijiet ewlenin kollha llum kienu f’territorju pożittiv. Fil-ftuħ tan-negozju, id-Dow Jones kellu żieda ta’ 0.24%. Il-FTSE 100, STOXX50 u d-DAX żdiedu b’0.26%, 0.42% u 0.81% rispettivament.

Ishma Lokali

Kien hemm bosta movimenti llum fis-sessjoni tal-ishma lokali. Il-Mapfre Middlesea, International Hotel Investments u l-Plaza Centres żdiedu bi 2.13%, 2.07% u 1.83% rispettivament. Il-Malta Properties Company u l-Medserv illum tilfu b’aktar minn 8%.

Bonds Lokali

Anke s-suq tal-bonds lokali kien volatili. Kien hemm żieda ta’ 2.15% fil-Gasan Finance 2019/20; 0.39% fil-Von der Hayden Group Finance 2024 u ta’ 0.27% fl-AX Investments 2024. F’territorju negattiv kienu l-Bank of Valletta 2020 li tilfu 0.29% u l-SD Finance 2027 li tilfu 0.96% rispettivament.

Indikaturi Ekonomiċi

Ir-rata tal-qgħad fil-Ġermanja żammet sod f’livell baxx rekord, biex saħħet l-ottimiżmu dwar is-saħħa tal-akbar ekonomija taż-żona tal-ewro. F’rapport, l-Uffiċċju Federali tal-Istatistika qal li r-rata tal-qgħad baqgħet 5.5.% matul Diċembru. Dan imur kontra l-aspettattivi li kienet ser timmarka 5.6% bħal Novembru. Il-fiduċja tal-konsumatur fil-Portugall ma nbidlitx u baqgħet 2.3.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt illum telgħu għal-livell għoli ġdid f’sentejn u nofs hekk kif produzzjoni qawwija mill-Istati Uniti u r-Russja bbilanċjat it-tensjonijiet mis-sitt ijiem ta’ nkwiet fl-Iran li huwa membru tal-OPEC.

Il-prezz tad-deheb tbaxxa mill-ogħla prezz fi tliet xhur u nofs milħuq kmieni llum u kien riesaq lejn l-ewwel telf fi kważi tliet ġimgħat hekk kif dollaru aktar b’saħħtu tefa’ pressjoni fuq assi denominati fil-munita Amerikana. L-irtirata tad-dollaru tard matul Diċembru tellgħet il-prezz tad-deheb sewwa ‘l fuq, u dan wassal għal biża’ li l-metall kien qed jiġi pprezzat għoli wisq.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Kontra l-Ewro L-Ewro tbaxxa mill-ogħla rata għal tliet snin għax l-investituri biegħu l-munita minħabba dubju li l-Bank Ċentrali Ewropew jista’ jwarrab il-wegħda tiegħu li jkompli jixtri l-bonds fil-laqgħa tal-ġimgħa…

Barranin

L-ewro qabeż id-$1.21 għall-ogħla rata llum minħabba sentiment li l-Bank Ċentrali Ewropew qed ilesti biex itemm l-istimulu monetarju qawwi tiegħu, u wara li l-Kanċellier Ġermaniża Angela Merkel laħqet ftehim li…

Barranin

Muniti Kontra l-Ewro Id-Dollaru Amerikan illum waqa’ wara rapporti li ċ-Ċina kienet lesta li tnaqqas il-pass tax-xiri jew twaqqaf ix-xiri ta’ bonds tat-Teżor tal-Istati Uniti, bid-Dollaru jkollu l-akbar tnaqqis f’ġurnata…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro L-isterlina waqqfet tlett ijiem ta’ żieda u ddgħajfet hekk kif l-investituri ħadu l-profitt wara rkupru, għalkemm l-istennija li t-taħditiet Brexit ser ikollhom riżultat pożittiv kompliet ssostni l-munita…

Aktar