Barranin
Il-prezzijiet taż-żejt waqgħu bit-tħassib li ħolqot it-tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina

Muniti

Id-Dollaru ssoda hekk kif is-sentiment ta’ riskju tjieb wara kummenti riassiguranti mill-Federal Reserve u sinjali li n-negozjaturi mill-Istati Uniti u l-Messiku resqin lejn pożizzjoni komuni fuq in-North American Free Trade Association (NAFTA).

F’simpożju, f’Jackson Hole, Wyoming, iċ-Chairman tal-Federal Reserve Jerome Powell nhar il-Ġimgħa enfasizza l-pożizzjoni tal-bank ċentrali li ser iżid l-interessi minkejja l-kritika tal-president Trump ta’ spejjez ta’ self ogħla.

L-Ewro ftit li xejn iċċaqlaq u tilef 0.13% għal $1.1636 wara li kien żdied għal $1.1654, l-ogħla mit-2 t’Awwissu. Sadattant, l-Ewro żdied 0.16% kontra d-Dollaru Awstraljan; 0.23% kontra d-Dollaru Kanadiż u 0.04% kontra l-Frank Żvizzeru. Il-munita unika tilfet 0.10% kontra l-Isterlina u 0.08% kontra l-Yen.

Indiċi

L-indiċijiet fl-Ewropa żdiedu wara diskors favur is-swieq miċ-Chairman tal-Federal Reserve u sinjali ta’ progress fuq il-ftehim NAFTA bejn il-Kanada u l-Messiku, li żied il-prezz tal-ishma tal-karozzi.

Il-FTSE 100 żdied b’0.19%; l-iSTOXX 50 b’0.38%; id-DAX b’0.59% u l-CAC 40 b’0.51%.

Id-Dow Jones fetaħ 0.83% ogħla.

Il-prezzijiet taż-żejt waqgħu minħabba tħassib li t-tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina dwar il-kummerċ tista’ telimina t-tkabbir ekonomiku globali u qabel konferenza bejn membri tal-kumitat li qed jimmonitorja l-qtugħ fil-produzzjoni mill-membri tal-OPEC u mhumiex.

Il-Brent żdied b’0.72% għal $75.97 u l-U.S. Light crude b’0.10% għal $68.79.

Il-prezz tad-deheb wera żieda ta’ 0.01% għal $1,206.45 kull uqija u l-fidda naqset b’0.40% għal $14.44 kull uqija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-Dollaru tbaxxa, u tilef iż-żidiet bikrin, hekk kif l-investituri ttamaw għal ħjiel ġodda biex jestendu l-irkupru tad-Dollaru, li ilu sejjer ix-xhur, qabel ma jkun hemm iż-żieda mistennija fir-rati tal-interessi…

Barranin

Muniti Id-Dollaru reġa’ waqa’ għall-inqas livell f’seba’ ġimgħat kontra grupp ta’ muniti ewlenin hekk kif naqas it-tħassib dwar l-impatt tat-tilwima kummerċjali bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti. Is-swieq finanzjarji issa qed…

Barranin

Id-Dollaru resaq lejn l-inqas rata f’seba’ ġimgħat kontra grupp ta’ muniti oħrajn, waqt li l-muniti bbażati fuq l-prodotti essenzjali avvanzaw wara serħan li l-aħħar rawnd ta’ tariffi mħabbra miċ-Ċina u…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żamm qrib l-inqas rati f’seba’ ġimgħat kontra r-rivali tiegħu waqt li muniti riskjużi żdiedu wara li l-President Trump kabbar it-tilwima maċ-Ċina bl-impożizzjoni ta’ tariffi ta’ 10% fuq madwar…

Aktar