Barranin
Il-prezzijiet taż-żejt waqgħu llum minħabba r-restrizzjonijiet ġodda dwar il-coronavirus

Muniti

Id-dollaru Amerikan tilef iż-żidiet bikrin illum bl-investituri fil-muniti ma jagħtux każ it-tensjonijiet diplomatiċi bejn l-Istati Uniti uċ-Ċina u ż-żieda fil-każi tal-coronavirus. Waqt li s-swieq finanzjarji għal bidu tbaxxew hekk kif l-investituri saru kawti, il-yen u l-frank Żvizzeru, meqjusa bħala muniti siguri it-tnejn tilfu hemm kif is-sentiment tas-suq tjieb.

Il-muniti esposti sewwa għas-sentiment kummerċjali internazzjonali rkupraw matul il-jum. Id-dollaru awstraljan żdied 0.3% għal $0.6957 kontra dak Amerikan iżda tilef 0.18% kontra l-ewro. Il-yuan offshore taċ-Ċina tilef ftit għal 7.0184 kull dollaru.

L-isterlina tilfet wara li l-ekonomija rkuprat matul Mejju b’pass inqas minn dak mistenni u dan jitfa’ dubji dwar l-irkupru fl-ekonomija. L-isterlina kienet bi tnaqqis ta’ 0.3% għal $1.2520 u 0.72% għal 91.02 pence.

Indiċi

L-ishma Ewropej intlaqtu minn bejgħ qawwi fl-ishma tat-teknoloġija wara tnaqqis matul il-lejl f’Wall Street wara l-biża’ ta’ restrizzjonijiet ġodda dwar il-coronavirus u żieda fit-tensjoni bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Żieda fl-infezzjonijiet tal-virus ġiegħlu bosta żoni li jdaħħlu restrizzjonijiet ġodda fuq l-attività kummerċjali, u dan daħħal kawtela fis-swieq finanzjarji li kienu qed jaħseb dwar qawmien ekonomiku rapidu.

Ishma

Is-suq lokali tal-ishma llum kien pożittiv bl-ebda bidlet negattivi. L-International Hotel Investments għalqu €0.57 kull sehem iżda bla ebda bidla. Il-Malita Investments kienu qed jiġu negozjati għal €0.91 u Simonds Farsons Cisk għalqu s-sessjoni bil-prezz ta’ €8.00 kull sehem
u baqgħu bla bidla.

Il-Malta Properties Company kellhom żieda ta’ 0.90%, għal €0.56 kull sehem u l-Bank of Valletta żdiedu 2.04% u l-GO kienu l-aħjar u għalqu bil-prezz ta’ €3.40 u żdiedu 3.03%.

Bonds

Fil-qasam tal-bonds lokali, il-Best Deal Properties Holding 2024 tilfu 1.96%, l-Eden Finance 2027 tilfu 1.48% l-MeDirect Bank (Malta) 2024-2029 tbaxxew b’0.49%. Kemm in-1923 Investments 2024 u l-International Hotel Investments 2024 kienu negozjati bla movement. Fin-naħa pożittiva kien hemm il- MIDI 2026 u l-Plaza Centres 2026 li marru l-aħjar b’żieda ta’ 0.50%.

Commodities

Il-prezzijiet taż-żejt waqgħu llum minħabba tħassib li r-restrizzjonijiet ġodda dwar il-coronavirus biex iwaqqfu ż-żieda fil-każi fl-Istati Uniti u fl-Asja jistgħu jheddu rkupru fid-domanda tal-fjuwil hekk kif l-OPEC u l-alleati tagħha qed iħejju biex iżidu l-produzzjoni minn Awwissu.

Biex ikompli jqajjem tħassib dwar id-domanda, il-gvernatur ta’ Kalifornja, l-aktar stat popolat fl-Istati Uniti, ilbieraħ impona mill-ġdid restrizzjonijiet wara passi simili fi stati oħra, bħal Florida u Texas. Restrizzjonijiet ġodda wkoll kienu introdotti fl-Asja u fl-Awstralja.

Min-naħa tal-provvista, is-swieq qed jistennew bil-ħerqa aħbarijiet mill-OPEC u l-alleati, dwar il-livell li jmiss tal-qtugħ fil-produzzjoni. Il-Kumitat Tekniku Konġunt tal-OPEC jiltaqa’ llum bil-Kumitat Ministerjali Konġunt ta’ Monitoraġġ għada.

Il-prezz tad-deheb tilef xi ftit hekk kif id-dollaru żamm sod iżda tħassib dwar iż-żieda fil-każi tal-coronavirus globalment u t-tensjonijiet mill-ġdid bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina saħħaħ is-sentiment ta’ assi sigura li għandu d-deheb u l-prezz baqa’ qrib l-$1,800 kull uqija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum żdied wara li s-sentiment tal-investitur fil-Ġermanja tjieb aktar milli mistenni matul Awwissu. L-istħarrig mill-Istitut ZEW dwar is-sentiment ekonomiku tela għal 71.5 minn 59.3 tax-xahar ta’ qabel, ferm…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta kul nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Tnaqqis ta’ 10% fil-valur tad-dollaru Amerikan minn Marzu xpruna r-ritorn għall-investituri barranin fl-akbar suq tal-bonds tal-gvern…

Barranin

Muniti L-ewro illum kien dgħajjef kontra l-muniti kollha, għalkemm huwa kellu xi żidiet kontra l-muniti Nordiċi. L-isterlina ssaħħet għall-ogħla rata f’ħames xhur kontra d-dollaru u riesqa lejn id-$1.32 wara li…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji miġbura minn BNF Bank: Muniti L-isterlina tbaxxiet u tilfet iż-żidiet bikrin wara li d-dollaru Amerikan żdied kontriha, waqt li l-biża’ tat-tieni mewġa ta’ coronavirus…

Aktar