Barranin
Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu b’3% wara li Trump qal li rebaħ l-elezzjoni

Muniti

Id-dollaru tilef il-parti l-kbira taż-żidiet tiegħu u l-muniti riskjużi rkupraw illum waqt li l-investituri qed jistennew ir-riżultat tal-elezzjoni Amerikan fost tamiet li qed jikbru li l-agħar tal-volatilità relatata mal-elezzjoni għaddiet.

Id-dollaru żdied sa 1.2% matul il-lejl biex laħaq l-ogħla rata f’aktar minn xahar kontra l-muniti rivali hekk kif l-ewwel riżultati indikaw riżultat inċert, li ssorprendew lil dawk li ħasbu dwar rebħa deċiżiva għal Joe Biden.

Il-muniti riskjużi bħal yuan u d-dollaru Awstraljan tilfu aktar minn 1% kull waħda. Iżda matul is-sessjoni Ewropea, id-dollaru Amerikan tilef xi ftit, u l-muniti riskjużi rkupraw, bil-yuan jilħaq l-ogħla livell fi 13-iljum, hekk kif l-investituri biegħu uħud minn dawk il-pożizzjonijiet estremi.

Indiċi

L-indiċijiet ewlenin ta’ Wall Street kienu mistennija li jiftħu ferm ogħla llum hekk kif it-tellieqa għal White House baqgħet inċerta, għalkemm l-investituri baqgħu mħassba dwar il-prospetti ta’ riżultat kontestat.

L-ishma fl-Ewropa żdiedu wara telf bikri hekk kif il-President Trump ħa vantaġġ fuq il-kandidat Demokratiku f’numru ta’ stati inċerti, u dan għamel ir-riżultat finali inċert għall-aħħar. L-indiċi lokali tilef 0.5% meta l-indiċijiet ewlenin kellhom żidiet qawwija.

Shares

Fil-qasam lokali, ebda sehem ma kellu żieda bi tlieta mingħajr moviment, li kienu l-HSBC, l-International Hotel Investments u l-PG. L-RS2 Software tilfu qrib it-2% u l-Malta International Airport tilfu aktar minn 2.5%.

Bonds

Il-bonds lokali kienu l-aktar negattivi milli pożittivi bl-International Hotel Investments biss jiżdiedu. L-inqas li tilfu kienu l-Premier Capital b’0.35%. Id-Dizz Finance, is-Central Business Centrres u t-Tumas Finance tilfu bejn il-1% u t-2%. It-telf fil-Pendergardens u l-Mediterranean Investments Holdings tilfu aktar minn 3%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu b’3% wara li l-President Trump qal li rebaħ l-elezzjoni presidenzjali b’miljuni ta’ voti għad iridu jingħaddu u r-riżultat finali mhuwiex ċar. Rebħa għal Trump titqies bħala tajba għaż-żejt minħabba s-sanzjonijiet fuq l-Iraq u l-appoġġ tiegħu għat-tnaqqis fil-produzzjoni mmexxi mill-Arabja Sawdija biex ikunu sostnuti l-prezzijiet.

Riżultati kontestat u inċertezza twila ma jkunux tajba għaż-żejt u s-swieq in ġenerali, waqt li reħba għal Joe Biden tkun tajba għal newtrali minħabba l-apooġġ tiegħu għal politiki ekoloġiċi u opinjoni inqas ħarxa dwar l-Iran.

Il-prezzijiet tad-deheb u tal-fidda kienu negattivi kuntrarjuament għal dak li għamlu ż-żejt u l-assi riskjużi bħall-ishma.