Barranin
Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu għall-ogħla livell fi 11-il xahar

Muniti

L-ewro tela’ ‘l fuq minn $1.2150, hekk kif l-ishma daru pożittivi, qabel kummenti potenzjali dwar l-istimulu fiskali mill-Istati Uniti. Il-President Biden mistenni li jitkellem aktar tard illejla. L-isterlina qorbot id-$1.3700 wara li r-rata tal-qgħad fir-Renju Unit qabżet l-estimi b’5% matul Novembru. Id-dollaru kien taħt pressjoni fost sentiment tas-suq aħjar. L-ewro kien aktar b’saħħtu kontra d-dollaru Amerikan, il-yen u l-frannk Żvizzeru iżda tbaxxa kontra muniti ewlenin oħra.

Indiċi

L-S&P 500 u d-Dow Jones fetaħ ogħla, mgħejuna minn aġġornamenti tajbin dwar il-bejgħminn għadd ta’ kumpaniji fosthom il-General Electric u Johnson & Johnson, waqt li l-Federal Reserve beda l-laqgħa ta’ jumejn tiegħu.

Iż-żieda fis-setturi tas-servizzi finanzjarji u dawk kimiċi għenu l-ishma Ewropej li jiżdiedu wara żewġ sessjonijiet ta’ tnaqqis, bl-ishma tal-kumpanija bankarji Żvizzera, il-UBS jiżdiedu wara żieda qawwija fil-profitti nett ta’ tliet xhur.

L-ishma Ġappuniżi tbaxxew minħabba tħassib dwar dewmien fit-tqassim tal-vaċċini tal-coronavirus, dewmien fil-pakkett ta’ stimulu mill-Istati Uniti u ansjetà li waslet għal teħid ta’ profit qabel l-istaġun ta’ tħabbir ta’ riżultati finanzjarji mill-kumpaniji. L-indiċi lokali żdied 0.5%.

Ismha

Fis-settur tal-ishma lokali, il-Mapfre Middlesea kellhom żieda qawwija ta’ 12%, ferm aktar minn dik ta’ inqas minn 1% fil-Malta International Airport u l-Harvest Technology. Il-Bank of Valletta, il-Medserv u l-Malta Property Company tilfu bejn il-1% u t-2%. Kien hemm ukoll negozju bla moviment fil-prezz fil-MaltaPost u l-BMIT Technology.

Bonds

Il-bonds lokali llum kienu pożittivi u dawk f’territorju pożittiv kienu aktar minn dawk fin-negattiv. Il-Premier Capital u l-Medserv denominati fid-Dollaru żdiedu b’aktar minn 1%. Huma kienu segwiti mill-qrib minn żidiet ta’ ftit anqas minn 1% fl-iStivala u l-Mariner. Il-Virtu Finance żdiedu marġinalment waqt li l-GAP u l-International Hotel Investments tilfu nofs punt perċentwali.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu għall-ogħla livell fi 11-il xahar flimkien ma’ żieda fl-ishma Ewropej u fost rapport ta’ splużjoni fl-Arabja Sawdija. Il-prezzijiet żdiedu wara rapport tal-isplużjoni fil-belt kapitali Sawdija Riyadh, għalkemm il-kawża tagħha mhijiex ċara.

Fl-Ewropa, iż-żidiet fis-setturi tas-servizi finanzjarji u l-kimika għenu s-sentimenti ta’ riskju. Assi ta’ riskju bħall-ishma u ż-żejt ta spissa jimxu flimkien. It-tnaqqis fid-dħul mill-bonds tal-Istati Uniti estendew l-appoġġ liż-żejt.