Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu għall-ogħla livell mill-bidu ta’ Marzu

L-Isterlina avvanzat 0.5% kontra dollaru aktar dgħajjef hekkkif il-pakkett ta rkupru minħabba l-Coronavirus waqa fil-Kungress u tbaxxa d-dħul mill-bonds tal-Gvern Amerikan.

L-Isterlina telgħet għal-livell ta’ qabel il-pandemija u kienet qed tavvanza lejn l-ogħla rata kontra d-dollaru f’ħames xhur li ntlaħqet il-ġimgħa li għaddiet.

Id-dollaru estenda t-telf għax tjiebet l-istatistika miż-żona ewro wara li l-pakkett ta rkupru Amerikan waqaf fil-Kungress u dan wassal biex naqas id-dħul mill-bonds tal-Gvern Amerikan għax l-investituri qed jikkunsidraw il-prospetti ta’ aktar illakxar monetarjui mill-Federal Reserve.

L-attività kummerċjali fiż-żona ewro reġgħet lura lejn tkabbir modest matul Lulju għax bosta limitazzjonijiet imposti biex tieqaf l-imxija tal-koronavirus tneħħew, waqt li stimi uffiċjali wrew li il-bejgħ bl-imnut irkupra matul Ġunju.

Indiċi

L-ishma fl-Istati Uniti fetħu ogħla wara li profitt sorprendenti għat-tliet xhur minn Disney u numru ta’ riżultati tajbin minn kumpaniji tal-kura tas-saħħa tejbu s-sentiment qabel ma toħroġ l-istatistika dwar is-settur tas-servizzi.

Id-Dow Jones żdied 0.98% fil-ftuħ. L-ishma Ewropej żdiedu hekk kif rapporti finanzjarji pożittivi mill-kumpaniji u l-kwantità ta’ stimulu finanzjarju għaddej mis-sistema finanzjarja għelbu t-tħassib dwar iż-żieda fil-każi tal-koronavirus fl-Ewropa u fl-Istati Uniti.

L-indiċi tal-Borża t’ Malta tilef 0.425%.

Ishma

Fl-ishma lokali, sehem wieħed biss kien pożittiv, il-Plaza Centres b’żieda ta’ 1.08%.  Fuq quddiem fit-tnaqqis kien hemm il-Medserv b’7.14%, segwiti minn HSBC bi 2.22%.  Telf inqas kien reġistrat mill-Bank of Valletta, l-RS2 Software u l-Mapfre Middlesea, b’dawn tal-aħħar jitilfu  kwazi  1%.

Bonds

Il-bonds lokali wkoll kienu negattivi bl-SP Finance u l-Premier Capital biss ikunu pożittivi. F’territorju negattiv kien hemm l-AX Group, l-International Hotel Investments, il-Medserv u s-6pm Holdings. Kemm iż-żidiet kif ukoll it-tnaqqis kienu ta’ 1% jew inqas.

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu għall-ogħla livell tagħhom mill-bidu ta’ Marzu wara tnaqqis fil-ħażniet fl-Istati Uniti u dollaru aktar dgħajjef, iżda iż-żieda fl-infezzjonijiet tal-Coronavirus illimitaw il-prospetti tad-domanda.

Id-deheb u l-fidda kellhom ġurnata pożittiva bid-deheb jiżdied 1.25% u l-fidda bid-doppju.

Aħbarijiet Oħra

L-Isterlina żdiedet wara li l-Ministru tal-Finanzi Ingliż, Rishi Sunak ħabbar skema ta’ sostenn għall-impjiegi, iżda qal li l-gvern ma jistax isalva kull  impjieg. F’sessjoni mqallba, l-Isterlina baqgħet ‘il fuq minn…

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas livell hekk kif dejta ekonomika mill-Istati Uniti u tħassib dwar it-tieni mewġa tal-koronavirus tlaqqgħet ma’ dejta dgħajfa mill-Ewropa u żiedu l-valur tad-dollaru. Id-dollaru tela’ għal $1.1671…

Il-President Amerikan Donald Trump ħabbar sensiela oħra ta’ għajnuna minħabba l-pandemija lill-bdiewa ta’ madwar $13-il biljun. Huwa ħabbar dan f’rally elettorali f’Wisconsin meta din l-għajnuna hija għal settur importanti f’wieħed…

Muniti L-Isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru u l-ewro, wara li l-Bank of England qal li ngħata tagħrif kif tista’ tkun implimentata b’effett rata ta’ interessi negattiv jekk ikun hemm bżonn. Il-Bank…

Aktar