Barranin
Il-Prim Ministru Taljan jinsisti li m’għandux pjan biex jibdel il-baġit

Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte insista li l-Gvern tiegħu m’għandux pjan “B” biex ibiddel il-baġit, minkejja tweġibiet xettiċi mill-Kummissjoni Ewropea u l-investituri.

Conte qal f’intervista li qed jistenna li jitkellem mal-Kummissarji Ewropej u jispjegalhom il-baġit għall-2019. Huwa qal li l-Italja tista’ tiċċaqlaq xi ftit fil-pjan, imma mhux fin-nefqa attwali.

Il-gvern populist Taljan, koalizzjoni bejn il-Moviment Cinque Stelle u l-Lega, li hija kontra l-immigrazzjoni, jidher li huwa fi triq ta’ konfront ma’ Brussels għax il-mira tan-nefqa tiegħu teċċedi sewwa l-limiti tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni, li hija l-eżekuttiv tal-UE, mistennija li twieġeb għall-pjani ta’ nefqa tal-Italja, meta hija formalment titlob li l-Italja tieħu lura, tirrevedi u tissottometti mill-ġdid il-baġit.

L-Ewro żdied 0.09% kontra d-Dollaru Amerikan għal $1.1474. Huwa żdied ukoll 0.28% kontra d-Dollaru Awstraljan, 0.14% kontra d-Dollaru Kanadiż u 0.06% kontra l-Frank Żvizzeru. Sadattant l-Ewro tilef 0.42% kontra l-Isterlina u 0.45% kontra l-Yen.

Indiċi

L-indiċijiet Ewropej kienu kollha f’territorju negattiv. L-FTSE 100 tbaxxa b’0.88%; l-iSTOXX b’0.92%; id-DAX b’1.60% u l-CAC 40 b’0.99%.

Id-Dow Jones fetaħ 1.30% inqas waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 1.285% fl-Indiċi tal-Borża ta’ Malta.

Ishma

Fil-Borża ta’ Malta, l-ishma tal-Mapfre Middlesea u tal-MIDI ma kellhom ebda ċaqliq waqt li l-HSBC Bank, il-Bank of Valletta, il-FIMBank, l-RS2 Software u l-GO tilfu aktar minn 1.00% bil-GO jitilfu l-aktar, 2.97% u għalqu €3.92.

Bonds

Fil-qasam tal-bonds lokali, kien hemm żieda ta’ 0.58% fil-Hili Properties 2025; ta’ 0.48% fil-GAP Group 2023; 0.09% fil-Mediterranean Investments Holdings 2022 u ta’ 0.02% fil-Hili Finance Company 2028.

Sadattant il-Mediterranean Investments Holdings 2020 tilfu 1.92% waqt li l-Mediterranean Maritime Hub Finance kellhom tnaqqis ta’ 2.74%.

Iż-żejt Brent tilef 2.28% għal $78.01 kull barmil bil-U.S. Light Crude jonqos b’1.90% għal $68.03 kull barmil.

Il-deheb wera żieda ta’ 1.30% għal $1,238.11 u kien hemm żieda ta’ 1.37% fil-fidda għal $14.763 kull uqija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti li huma meqjusa bħala siguri bħal Yen żdiedu llum wara ċifri batuti dwar il-bejgħ bl-imnut fl-Istati Uniti u hekk kif is-swieq qed jittamaw li jkun hemm żviluppi fit-taħditiet kummerċjali…

Barranin

Muniti L-ewro tilef 0.19% kontra d-dollaru għal $1.1304 wara li kien laħaq l-ogħla rata tas-sessjoni ta’ $1.1342. Il-munita unika kellha pressjoni fuqha minn statistika dwar il-produzzjoni industrijali fiż-żona tal-ewro li…

Barranin

Muniti Id-dollaru huwa ogħla għas-sitt jum u għal ftit ħin laħaq l-ogħla rata f’xahar hekk kif t-tħassib dwar it-tkabbir fl-Ewropa qed ikollu effett ħażin fuq l-ewro. L-Isterlina kisbet lura t-telf…

Barranin

L-istatistika Ġermaniża kompliet teħżien, u dan qed iqajjem tħassib dwar is-saħħa tal-ekonomija taż-żona tal-Ewro. L-ordnijiet mingħand il-fabbriki tbaxxew b’1.6%, wara tnaqqis ta’ 1.0% fl-istatistia preċedenti. It-tensjonijiet kummerċjali globali u dgħufija…

Aktar