Il-produzzjoni fiż-żona ewro għax-xahar ta’ Frar kompliet tonqos

Muniti

L-ewro laħaq id-$1.2112 iżda kien qed jirtira qabel il-ftuħ tas-swieq finanzjarji Amerikani bid-dollaru għal darb’oħra tikseb domanda fost dħul kbar mill-bonds tal-gvern. L-ewro laħaq din ir-rata wara li aħbarijiet indikaw li l-Bank Ċentrali Ewropew kien irrapportat li qal li ma jarax il-ħtieġa ta’ azzjoni drastika biex ikun miġġieled id-dħul mill-bonds. L-istess aħbarijiet tejbu d-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan għal livell għolja ġodda bid-dħul fuq il-bonds ta’ 10 sninb jilħaq madwar 1.47%.

L-Istitut ta’ Riċerka Markit tal-Ġermanja ippubblika d-data dwar is-settur tas-servizzi għal Frar għaż-żona ewro, li wriet li l-produzzjoni baqgħet tiċkien, u naqset għas-sitt xahar konsekuttiv. L-indiċi Ġermaniż kien rivedut l-isfel għal 45.7, għalkemm iċ-ċifra finali tal-Unjoni Ewropea ta’ 45.7 kienet aħjar milli kien stmat qabel.

L-Istati Uniti ppublika l-istħarrig mill-aġenzija ADP dwar il-ħolqien ta’ impiegi mill-privat. Ir-rapport wera li żdiedu 117,000 post matul Frar, inqas mill-177,000 imbassra. Iċ-ċifra għal Jannar ġiet riveduta għal 195,000 minn 174,000. Il-Markit ser jippublika wkoll id-data dwar is-servizzi fl-Istati Uniti, imbassra li jkun ta’ 58.9 waqt li l-Istati UNiti stess iħabbru d-data uffiċjżali dwar is-settur tas-servizzi li mistenni jkun 58.7.

Indiċi

L-indiċijiet ewlenin tal-ishma fl_Istati Uniti bdew il-jum qrib il-lvielli tal-għeliuq tal-bieraħ hekk kif l-investituri jidhru li ser joqgħodu jistennew waqt li jaraw il-pressjoni ‘il fuq fuq id-dħul mill-bonds tat-Teżor. Wara nofsinhar , id-Dow Jones żdied 0.07% u l-S&P 500 ma kellu ebda movement bin-Nasdaq tilef 0.2%.

Fost il-11-il settur maġġuri fl-S&P 500, l-indiċi tal-kumpaniji finanzjarji żdied 0.85% sostnut minn żieda ta’ 5.8% fid-dħul mill-bonds tat-Teżor ta’ 10 snin. Min-naħa l-oħra, l-indiċi tal-Materjali u l-Utilatijiet tilfu madwar 0.5%. L-indiċiijiet ewlenin kienu ġeneralment imħallta. L-Indiċi lokali żdied 0.3%.

Ishma

Għakemm is-settur tal-ishma lokali ma tantx kien attiv ħafna, il-bidliet fl-ishma negozjati kienu deċiżivi ħafna bil-Malta Properties Company u Simonds Farsons Cisk jiżdiedu b’aktar minn 5% kull wieħed. Il-PG avvanzaw 2.51%. Il-Bank of Valletta u l-Lifestar kienu negozjati mingħajr moviment fil-prezz. Il-banek l-oħra, l-HSBC u l-Lombard tilfu 2.35% u 3% rispettivament.

Bonds

Kienet ġurnata mħallta għal bonds b’ħafna minnhom ikunu negozjati mingħajr bidla fil-prezz. Dawk li biddlu l-prezz kienu aktar bilanċjata bid-Dizz, Hili u SD Finance f’territorju pożittiv, waqt li l-Bank of Valletta, Endo, International Hotel Investments u l-Mercury Projects kienu negattivi. Dizz u Hili żdiedu aktar minn 1% waqt li l-agħar li marru kienu l-International Hotel Investments u l-Mercury Projects.

Prodotti Essenzjali

Kien rapportat illum li bosta membri tal-OPEC u l-alleati jappoġġaw l-idea li ma jkun hemm ebda bidla fil-produzzjoni matul April. Id-deheb kien mill-ġdid taħt pressjoni u tilef iż-żidiet moderati tal-bierah. Huwa kien milqut ħażin minn xiri qawwi fis-swieq finanzjarji, xprunat minn ottimiżmu dwar irkupru ekonomiku globali qawwi. Anke l-fidda marret ħażin u tbaxxidet għal $26. Mil-livell għolja tal-Asja ta’ $26.80.