Il-produzzjoni taż-żejt mistennija tiżdied b’400,000 barmil kuljum sal-aħħar tas-sena

Muniti

L-ewro resaq lejn ir-rata tas-sessjoni ta’ qabel, li kienet l-ogħla f’xahar, hekk kif ċifri ta’ inflazzjoni ogħla milli kienu mistennija żiedu d-dħul mill-bonds u wasslu biex l-investituri jieħdu passi dwar l-investimenti fl-ewro.

Domanda qawwija f’irkanti ta’ bonds fil-Greċja u fil-Ġermanja wkoll saħħew iż-żidiet tal-ewro.

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali tal-Awstrija, Robert Holzmann, qal li l-Bank Ċentrali Ewropew jinsab f’sitwazzjoni fejn jista’ jiddiskuti tnaqqis fix-xiri ta’ emerġenza ta’ bonds u li kien jistenna li din il-kwistjoni tkun diskussa fil-laqgħa.

Id-dollaru kien xi ftit ogħla kontra r-rival minħabba taħlita ta’ attività industrijali Asjatika mħallta u dħul ogħla mill-bonds Amerikani.

In-Nasdaq laħaq livell għoli rekord hekk kif ċifri dwar l-impjiegi aktar dgħajfa milli mistennija kabbru t-tamiet ta’ aktar sapport mill-bank ċentrali Amerikan.

Indiċi

L-ishma fl-Ewropa resqu lejn livell għolja rekord minħabba sinjali ta’ dgħufija fl-ekonomiji Asjatiċi kienu bilanċjati minn tamiet ta’ aktar stimulu waqt li l-investituri ftit taw kas taż-żieda fl-inflazzjoni.

Ishma

Fl-ishma lokali, il-Grand Harbour Marina tilfu 11.67%, il-Malta International Airport tbaxxew bi 2.44% u l-Bank of Valletta tilfu 0.56%.

F’territorju pożittiv kien hemm il-GO żdiedu 1.80% u l-PG marru l-aħjar b’4.27% għal €2.44 kull sehem.

Bonds

Fis-settur tal-bonds il-Mercury Projects Finance 2027 tilfu 1.83% segwiti minn Cablenet Communications Systems 2030 b’0.05%.

Il-Browns 2027-2031 żdiedu 0.01%, il-GAP Group 2023 avvanzaw 0.25%, il-Von der Heyden Group Finance 2024 żdiedu b’0.49% u kien hemm żieda ta’ 2.95% fl-SP Finance 2029.

Prodotti essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt għolew llum qabel laqgħa tal-OPEC u l-alleati li matulha l-membri mistennija li japprovaw il-pjan li jżidu 400,000 barmil kuljum kull xahar sa tmiem Diċembru.

Madankollu l-prezzijiet bil-quddiem tal-Brent u tal-West Texas Intermediate tilfu aktar minn 1% qabel il-laqgħa.

Id-deheb kien maqbud f’firxa dejqa ta’ prezz għax l-investituri baqgħu lura minn xiri qawwi hekk kif kienu qed iħejju għaċ-ċifri importanti tal-impjiegi fl-Istati Uniti li jistgħu jinfluwenzaw l-istrateġija tal-Federal Reserve dwar tnaqqis fl-istimulu monetarju.

Dan it-tagħrif kien miġbur minn BNF Bank.