Barranin
Il-protesti fl-Istati Uniti idgħajfu lid-dollaru

Muniti

L-ewro llum qabeż l-ogħla livell fi 11-il ġimgħa biex riesaq lejn sebat ijiem ta’ żieda, u d-dollaru tilef kontra l-partit l-kbira tal-muniti hekk kif il-prospetti ta’ aktar stimulu u tamiet għall-irkupru ekonomiku wassal lill-investituri biex jixtru assi aktar riskjużi.

Id-Dollaru Awstraljan laħaq l-ogħla rata f’ħames xhur ta’ 0.6982 kontra d-dollaru Amerikan, hekk kif il-funds daru lejn ekonomiji li mistennija jagħmlu rkupru malajr mill-pandemija. Id-dollaru Amerikan tilef ukoll kontra l-Isterlina, il-krona Norveġiża u dik Żvediża u d-dollaru Kanadiż hekk protesti tal-massa kontra r-razziżmu madwar l-Istati Uniti laqtu ħażin lid-dollaru.

L-Isterlina baqgħet qrib id-$1.26 wara li telgħet għall-ogħla rata f’xahar kontra d-dollaru hekk kif r-Renju Unit beda juri li lest jilħaq kompromess fit-taħditiet mal-Unjoni Ewropea.

Indiċi

L-ishma Ewropej ngħaqdu ma’ rkupru globali, mgħejun minn żidiet fl-ishma tal-kumpanija tal-assiogurazzjoni Allianz u tal-kumpanija tal-karozzi Renauld, b’sinjali li qed ikun hemm qawmien fl-attività tan-negozju u dan qajjem tamiet ta’ rkupru ekonomiku aktar malajr hekk kif bosta pajjii qed jillaxkaw ir-restrizzjonijiet imposti mal-pandemiaj.

L-indiċijiet ewlenin ta’ Wall Street kienu mistennija jiftħu ogħla bin-Nasdaq riesaq lejn livell għoli rekord hekk kif l-investituri baqgħu ottimisti dwar rkupru ekonomiku fost inkwiet soċjali li qed ikompli.

Shares

Is-sentiment fis-sessjoni tal-ishma lokali kien pożittiv ħafna llum . Iżda kienu rraportati movimenti negttivi minn Plaza Centres u l-Malta International Airport li tilfu 8.95% u 2.52% rispettivament.

Simonds Farsons Cisk avvanzaw 0.63% u għalqu €8.05 kull sehem. Il-BMIT Technologies żdiedu bi 2.13%, il-Bank of Valletta bi 2.46% għal €1.04 kull sehem u l-International Hotel Investments żdiedu qrib is-6.36%. L-aħjar li marru kienu l-ishma ta’ RS2 Software li telgħu għal €2.28 b’ieda ta’ 14.57%.

Bonds

Il-movimenti ewlenin fis-settur tal-bonds lokali kienu fil-parti l-kbira pożittivi. L-International Hotel Investments 2026 kienu fuq quddiem b’żieda ta’5.25%, segwiti minn Mariner Finance  2024 b’ 1.44%. l-SD Finance 2027 avvanzaw 1%, il- Corinthia Finance 2026 b’0.5% u n-1923 Investments 2024 b’0.26%.

F’territorju negattiv kien hemm mil-Von der Heyden Group Finance 2024 b’1.75% u l-SP Finance  2029 b’0.38%

Prodotti Essenzjali

Il-prezz tal-Brent tbaxxa wara li kien laħaq l-ogħla livell minn Marzu ta’ aktar minn $40 illum, taħt pressjoni minn dubbji dwar laqgħa bikrija tal-OPEC u l-alleati biex jestendu t-tnaqqis fil-produzzjoni eżistenti. L-Għarabja Sawdija u r-Russja għandhom ftehimli jestendu t-tnaqqis, iżda laqgħa li kellha issir għada flok aktar tard aktarx li ma ssirx.

Il-prezz tad-deheb kompla jitlef illum minħabba ż-żieda fil-prezz tal-ishma għall-ogħla livell fi tliet xhur minħabba ottimiżmu dwar l-irkupru ekonomiku globali, għalkemm it-telf kien limitat minħabba dollaru aktar dgħajjef u l-inkwiet fl-Istati Uniti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Barranin

Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra r-rivali tiegħu hekk kif statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti u mill-Ewropa saħħew is-sentiment ta’ riskju, b’tamiet għal vaċċin kontra l-Covid-19 ikomplu jgħinu s-sentiment….

Barranin

Muniti Statistika ekonomika Ewropea tajba xprunat is-sentiment ta’ riskju llum, waqt li tilef l-ewro u l-indiċi tad-dollaru żdied xi ftit hekk kif  is-swieq finanzjarji bbilanċjaw tamiet għal rkupru ekonomiku globali…

Barranin

Muniti Grupp ġdid ta’ statistika ekonomika ħażina żammet lill-ewro u lill-isterlina taħt pressjoni hekk kif tbaxxa s-sentiment minħabba l-biża’ ta’ postijiet ġodda ta’ imxija qawwija tal-COVID-19 madwar id-dinja u li…

Aktar