Il-vaċċin iżid it-tama li d-domanda għall-fjuwil ser tiżdied matul is-sena d-dieħla

Id-dollaru riesaq lejn ir-raba’ ġimgħa ta’ telf infila biex baqa’ fl-inqas livell għal bosta snin kontra l-muniti maġġuri. L-Isterlina waqfet minn perjodu ta’ ħames ġimgħat ta’ żidiet wara li l-mexxejja tar-Renju Unit u tal-Unjoni Ewropea baqgħu ferm il-bogħod minn ftehim għal wara Brexit.

Id-dollaru jinsab imwaħħal fl-inqas livell f’sentejn u nofs kontra grupp ta’ muniti hekk kif l-investituri jittamaw fi qliegħ aħjar f’muniti oħra hekk kif l-irkupru mill-pandemija qed iomm.

Muniti dipendenti fuq in-negozju ta’ prodotti kienu fuq quddiem ta-ieda. Prezzijiet li qed jidiedu fil-materja prima tal-ħadid wasslu lid-Dollaru Awstralja għall-ogħla rata f’sentejn u nofs ta’ $0.7572 b’ieda ta’ 1.8% f’ġimgħa.

Livell għoli ta’ disa’ xhur fil-prezzijiet taż-żejt wassal lid-Dollaru Kanada għall-ogħla livell mill-2018 u d-Dollaru ta’ New Zealand żdied 71 cents biex laħaq iz-$0.7112, ukoll l-ogħla rata mill-2018.

L-ewro avvanza wara li l-Bank Ċentrali Ewropew iddiżapunta xi investituri li kienu qed jistennew pakkett ta’ stimulu ikbar, waqt li l-Isterlina tilfet hekk kif qed jidher li ftit hemm ċnas ta’ ftehim għal wara Brexit. Il-Bank Ċentrali Ewropew espanda l-iskema ta’ xiri ta’ bonds u qabel li jipprovdi lill-banek b’likwidità ferm aktar irħisa dment li jibqgħu jgħaddu l-flus lill-kumpaniji.

Il-Bank qal ukoll li qed jimmonitorja r-rata tal-kambju tal-ewro fir-rigward tal-implikazzjonijiet possibli tiegħu għall-prospetti ta’ inflazzjoni f’terminu medju wara li l-ġimgħa li għaddiet laħaq l-ogħla rata f’sentejn u nofs kontra d-Dollaru Amerikan.

Analisti u parteċipanti fis-suq qed jistennew biex jaraw jekk il-banek ċentrali globali jindikawx li jistgħu jaġixxu biex iwaqqfu s-saħħa relattiva tal-muniti tagħhom hekk kif id-dollaru jitbaxxa. L-Isterlina tilfet hekk kif il-parteċipanti saru aktar kawti dwar ir-riskju ta’ Brexit bla ftehim.

Il-Prim Ministru Ingli, Boris Johnson, qal ilbierah li hemm “possibiltà kbira” li r-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea ma jirnexxielhomx jilħqu ftehim kummerċjali, iżda wiegħed li jagħmel minn kollox sabiex jevita firda mqallba hafna fi żmien tliet ġimgħat. Il-Gvernatur tal-Bank of Engand, Andrew Bailey, qal li Brexit bla ftehim ser jagħmel ħsara dejjiema lill-ekonomija Ingliża aktar mill-għamlet il-pandemija.

Il-prezz taż-żejt għola u kompla maż-żidiet ta’ matul il-lejl li wrew lill-Brent jaqbeż il-$50 għall-ewwel darba minn Marzu, hekk kif il-ħruġ tal-vaċċin kontra l-Coronavirus kabbar it-tamiet li d-domanda għall-fjuwil ser tiżdied matul is-sena d-dieħla. Żieda qwwwija fil-ħażniet taż-żejt mhux raffinat fl-Istati Uniti serviet ta’ tfakkira li xorta hemm provvista kbira disponibbli, iżda dan kważi kien injorat għal kollox hekk kif kien hemm xiri qawwi din il-ġimgħa.