Barranin
Il-valur tal-fidda żdied tliet darbiet iktar mid-deheb

Muniti

L-isterlina waqgħet għall-inqas rata fi tliet ġimgħat kontra d-dollaru, minħabba n-negozju fqir tal-btajjel, riżultat tat-tħassib li għaddej dwar il-pożizzjoni iebsa tal-Gvern Ingliż dwar il-Brexit.

Imkejla mal-ewro, it-tnaqqis kien aktar, wara li l-ewro żdied kontra d-dollaru. Iż-żieda kienet ta’ 0.51% bil-munita unika ikkwotata 0.8564 pence kmieni wara nofsinhar. L-ewro tilef kontra d-dollaru Awstraljan, il-yen u l-frank Żvizzeru.

Id-dollaru baqa’ qrib l-ogħla livelli ta’ ġimagħtejn wara l-ħruġ ta’ statistika ekonomika diċenti tard il-ġimgħa li għaddiet.

Indiċi

L-S & P 500 fetaħ f’livell rekord ieħor, hekk kif il-President Trump qal li ftehim kummerċjali inizjali maċ-Ċina ser ikun iffirmat “dalwaqt ħafna”, waqt li l-ishma tal-Boeing żdiedu 3% wara li l-kumpanija keċċiet lill-Kap Eżekuttiv Dennis Milenburg.

Id-Dow Jones żdied 0.38% fil-ftuħ. Kien hemm tnaqqis żgħir fl-iSTOXX 50. Il-CAC 40 tilef 0.19% waqt li l-FTSE 100 żdied b’0.48%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt ftit li xejn inbidel, u żamm qrib l-ogħla prezz fi tliet xhur minħabba ottimiżmu dwar ftehim fil-qrib bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċib-na anke hekk kif ir-Russja qalet li l-ftehim milħuq mal-OPEC jista’ jikkunsidra żieda fil-produzzjoni is-sena d-dieħla.

Id-deheb u l-fidda kienu negozjati pożittivament, għalkemm il-fidda żdiedet tliet darbiet iż-żieda tad-deheb b’żieda 1.19%.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Barranin

Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra r-rivali tiegħu hekk kif statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti u mill-Ewropa saħħew is-sentiment ta’ riskju, b’tamiet għal vaċċin kontra l-Covid-19 ikomplu jgħinu s-sentiment….

Barranin

Muniti Statistika ekonomika Ewropea tajba xprunat is-sentiment ta’ riskju llum, waqt li tilef l-ewro u l-indiċi tad-dollaru żdied xi ftit hekk kif  is-swieq finanzjarji bbilanċjaw tamiet għal rkupru ekonomiku globali…

Barranin

Muniti Grupp ġdid ta’ statistika ekonomika ħażina żammet lill-ewro u lill-isterlina taħt pressjoni hekk kif tbaxxa s-sentiment minħabba l-biża’ ta’ postijiet ġodda ta’ imxija qawwija tal-COVID-19 madwar id-dinja u li…

Aktar