Barranin
Il-vapur imwaħħal fil-Kanal tas-Swejz fost fatturi li ħolqu pressjoni fuq l-ewro

Muniti

L-ewro tbaxxa taħt id-$1.18, l-inqas livell f’erba’ xhur. Iċ-ċifri tal-Prodott Gross Domestiku tal-Istati Uniti żdied b’4.3% u ċ-ċifri tal-qgħad kienu aħjar milli mistenni fiċ-ċifra ta’ 684,000. Il-mexxeja tal-Unjoni Ewropea iltaqgħu virtwalment sabiex jiddiskutu ż-żieda fl-infazzjonijiet tal-covid u l-kwistjonijiet dwar il-vaċċin fl-Ewropa.

It-taħditiet mar-Renju Unit qed ikomplu. L-ewro kien ukoll taħt pressjoni minn flussi lejn id-dollaru li huwa meqjus bħala munita sigura. Tħassib dwar l-Ewropa u anke dwar it-tifkxil għat-trasport marittimu minħabba l-vapur li nkalja fil-Kanal tas-Swejz ukoll għamlu pressjoni fuq is-sentiment.

Indiċi

Id-dħul mill-bonds ta’ 10 snin tat-Teżor Amerikan qed iżomm ‘il fuq minn 1.60% wara li tbaxxa għall-anqas livell fl-aħħar tlitt ijiem. Ta’ min isemmi li l-ishma fl-Asja-Paċifiku kienu ukoll xi ftit pożittivi waqt li l-indiċi tad-dollaru Amerikan tbaxxa wara li kien laħaq l-ogħlalivell tas-sena.

In-nuqqas ta’ data maġġuri qabel il-ħruġ tal-Prodott Domestiku Gross tal-Istati Uniti u kummenti minn mexxejja tal-banek ċentrali tal-Istati Uniti, l-Ewropa u l-Ġappun jistgħu jittestjaw is-sentiment tas-suq.

Telf qrib iżda inqas minn 1% deher fl-Ewropa u l-Istati Uniti mal-4 ta wara nofsinhar ħin lokali. L-unika borża ewlenija li kienet pożittiva kient it-Topix tal-Ġappun. Il-borża lokali temmet il-jumn b’żieda tajba.

Ishma

Fl-ishma lokali, ilpLifestar kienu fuq quddiem b’żieda ta’ 11%. Simonds Farsons Cisk avvanzaw 2%. Żewġt ishma kienu negozjati bla moviment fil-press bl-RS2 Software jitbaxxew b’0.5% u l-BMIT Technologies jitilfu 1.89%.

Bonds
Is-settur tal-bonds kien ġeneralment pożittiv. L-SP Finance gained 4%. Ix-Shoreline, il-Midi u l-Mercury żdiedu bejn it-2.5% u t-3%. Żidiet iżgħar iżda xorta ta daqs tajjeb kien hemm fl-AX Group, fin-1923 Investments u fil-International Hotel Investments. Stivala Group tilfu 2%.

Prodotti Essenzjali

Dawn l-aħħar jiem kienu mqallba għas-swieq taż-żejt mhux raffinate; mill-Ħamis li għadda, il-prezz inbidel b’aktar minn 5% fi tliet okkazzjonijiet u b’aktar minn 3% fi tnejn, notevolment livell ogħla ta’ volatilità aktar milli kellna fix-xhur riċenti – il-volatilità fil-prezz mistennija tkompli sal-laqgħa tal-ġimgħa d-dieħla tal-OPEC u l-alleati.

Il-prezz spot tal-fidda kien volatili fl-aħħar sigħat tan-negozju u tbaxxa minn qrib il-$25.00 għal ftit aktar minn $24.40 hekk kif parteċipanti fis-suq fl-Istati Uniti bdew in-negozju qabel marru aggressivament lejn il-$25.00. Madankollu l-fidda sa issa ma rnexxielhiex tilħaq iċ-ċifra l-kbira.