Il-varjant Delta jħasseb lill-investituri

Muniti

L-ewro kien qed jiġi nnegozjat għal aktar minn $1.18 iżda qrib l-inqas livell f’bosta xhur hekk kif id-dollaru żamm iż-żidiet tiegħu minkejja tnaqqis fid-dħul mill-bonds tat-Teżor u data diżappuntanti.

Il-minuti tal-laqgħa tal-Federal Reserve ta’ April kienu l-mossa tal-ftuħ fil-ħidma fit-tul tal-bank sabiex jintroduċi rati ta’ interessi ogħla mingħajr ma joħloq tnaqqis li jistabilizza ekonomikament il-prezzijiet tal-bonds u żieda fid-dħul minnhom.

Il-minuti ta’ Ġunju, li aktarx jinkludu diskussjoni dwar it-tbassir ġdid ekonomiku u dwar ir-rati, se jressaq il-mossa dwar ir-rati aktar lejn il-likk.

Lejn tmien il-minuti tal-laqgħa ta April li nħarġu fid-19 ta Mejju hemm kumment li numru ta’ parteċipanti ssuggerew li jekk l-ekonomija tkompli tagħmel progress rapidu lejn il-miri tal-Kumitat, jista’ jkun xieraq li f’xi punt fil-laqgħat li jmiss tinbeda diskussjoni dwar l-aġġustament tal-pass tax-xiri tal-bonds.

L-isterlina qed tkun negozjata ‘l fuq minn $1.38, lill hinn mill-inqas rati iżda taħt il-livelli milħuqa aktar kmieni din il-ġimgħa.

Qed jippersisti it-tħassib dwar il-ftuħ mill-ġdid ippjanta għad-19 ta Lulju.

Indiċi

L-indiċi ewlieni Ġappuniż, it-Topix, tilef dwar 1% illum.

Id-Dow Jones fetaħ bla żieda waqt li l-Ewropa u r-Renju Unit kienu pożittivi wara nofsinhar. L-indiċi lokali żdied b’1.6%.

Ishma

L-ishma lokali llum kellhom ġurnata tajb bil-MIDI jiżdiedu 6.5% waqt li l-RS2 Software javvazaw 6.4%.

It-Trident Estates u l-HSBC żdiedu qrib l-4%. Il-Harvest Technology tilfu 2%.

Bonds

Xi bonds lokali llum kienu negozjati b’aktar volatilità min-normal bil-Browns jiżdiedu 5%.

Il-Hili Finance Company 2029 tilfu 1.48% waqt li oħrajn kienu negozjati b’bidla perċentwali aktar raġjonevoli fejn dawk fil-lista tagħna kienet ta’ bejn 0.25% u 1%.

Prodotti essenzjali

Il-prezz tad-deheb tilef ftit miż-żieda tal-jum minkejja li żamm ‘il fuq mill-$1,800 qabel il-ftuħ tas-sessjoni Amerikana.

Il-prezz kompla jżid fuq l-$1,750, jew l-inqas minn nofs April u kompla jogħla għas-sitt sessjoni konsekuttiva.

It-tħassib dwar il-varjant ferm kontaġġjuż Delta tal-koronavirus kompla jolqot is-sentiment tal-investituri u ta appoġġ lill-assi meqjusa sodi bħad-deheb.

Dan it-tagħrif kien miġbur minn BNF Bank.