Barranin
Il-volum tan-negozju żdied hekk kif xi swieq Ewropej fetħu wara Jum il-Ħaddiem

Muniti

Id-dollaru żdied kontra l-parti l-kbira tal-muniti hekk kif l-investituri naqsu t-tamiet li l-Federal Reserve ser inaqqas ir-rati wara l-kumment taċ-Ċermen Jerome Powell dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti.

L-Isterlina tilfet wara li l-Bank of England żied it-tbassir dwar it-tkabbir iżda wissa li l-Brexit qed tkompli jttappan il-prospetti dwar il-politika ekonomika.

Il-volum tan-negozju żdied hekk kif xi swieq Ewropej fetħu wara Jum il-Ħaddiem. Is-swieq Ċiniżi u Ġappuniżi ser jibqgħu magħluqin għal btajjel domestiċi għall-bqija tal-ġimgħa. Id-dollaru baqa reżiljenti minn mindu Powell qal li l-fatturi li qed jolqtu l-inflazzjoni jistgħu jkunu tranżitorji u ma jarax li għandu jkun hemm xi ċaqliq fir-rati tal-interessi.

Indiċi

L-ishma Ewropej tbaxxew wara li l-Federal Reserve fl-Istati Uniti bagħat messaġġ newtrali dwar il-politika monetarja u minħabba taħlita ta’ rapporti finanzjarji mir-reġjun.

L-iSTOXX 50 tilef 0.6% u l-FTSE 100 estenda t-telf mis-sessjoni ta’ qabel.

L-ishma fl-Istati Uniti żdied wara numru ta’ rapporti finanzjarji tajbin mill-kumpaniji li għenu lill-investituri li ftit jagħtu kas id-deċiżjoni tal-Federal Reserve dwar ir-rati tal-interessi.

Ishma

Fil-qasam lokali, il-Medserv tilfu 5.66% waqt li l-RS2 Software żdiedu b’5.81% segwiti mill-GO b’żieda ta’ 4.67%. Il-Malta Properties Companies żdiedu bi 3.33% u l-MaltaPost avvanzaw b’1.60%.

Bonds

Fil-bonds lokali, il-Medserv 2020/23 tilfu 2.15%; s-Central Business Centres 2021 tbaxxew b’1.18% u l-International Hotel Investments 2023 għalqu bi tnaqqis ta’ 0.63%.

L-Izola Bank 2025 żdiedu 1.42%, il-Corinthia Finance 2019/20 żdiedu b’0.90% u l-International Hotel Investments 2026 (It-tieni serje) Fungible Issue żdiedu b’0.89%.

Il-prezz taż-żejt tilef aktar minn $1 kull barmil, minħabba produzzjoni rekord mill-Istati Uniti li wasslet għal żieda fl-inventarji.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru llum kien riesaq lejn tnaqqis żgħir wara li kien laħaq l-ogħla rata f’sentejn minħabba dħul inqas mill-bonds tal-Gvern Amerikan hekk kif l-investituri qed jibżgħu li t-tilwima kummerċjali bejn l-Istati…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żamm qrib l-ogħla rata f’xahar illum hekk kif it-tensjonijiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina baqgħu għoljin qabel ma l-minuti tal-Federal Reserve jagħtu ħjiel dwar x’kien wassal lill-mexxejja…

Barranin

Muniti Id-Dollaru llum żamm iż-żidiet li kellu l-ġimgħa li għaddiet hekk kif l-investituri qed jistennew il-minuti tal-laqgħa tal-Federal Reserve li jistgħu jagħtu aktar ħjiel dwar x’wassal biex id-diretturi jieħdu atteġjament…

Barranin

Id-Dollaru żamm qrib l-ogħla rata f’ġimagħtejn kontra l-muniti rivali, sostnut minn statistika ekonomika tajba ferm mill-Istati Uniti u żieda fid-dħul tal-bonds tat-Teżor. L-indiċi tad-Dollaru kontra grupp ta’sitt muniti ewlenin ftit…

Aktar