Barranin
Il-vot favur dewmien fil-Brexit ma pprovda ebda sostenn għall-ewro u l-Isterlina

L-irkupru tal-ewro naqas matul din il-ġmgħa.

L-IFO baxxa t-tbassir ta’ tkabbir għall-Ġermanja, 0.6% għal din is-sena, waqt li l-istatistika ekonomika mill-Istati Uniti kienet imħallta u ma tat ebda gwida ta’ direzzjoni hekk kif is-swieq qed jassumu li l-Federal Reserve jkompli bl-istess politika monetarja.

Ir-riskju ta’ Brexit imħarbat jidher li batta xi ftit wara l-voti riċenti fil-House of Commons. Il-vot favur dewmien fil-Brexit ma pprovda ebda sostenn għall-ewro jew għall-Isterlina. Pawża fir-riskju wkoll imblukkat aktar żidiet fil-valur tal-ewro.

Is-sentiment fl-Asja matul il-lejl inbidel għal pożittiv. Uffiċjali Ċiniżi nkluż il-Prim Ministru Li kkonfermaw stimulu selettiv fiskali biex isostni t-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi. Il-Bank of Japan kif mistenni ma bidilx il-politika monetarja iżda baxxa t-tbassir dwar l-ekonomija minħabba kuntest inqas favorevoli internazzjonali.

L-ewro żdied b’0.19% kontra d-Dollaru; 0.34% kontra l-Isterlina; 0.16% kontra l-Yen u 0.08% kontra l-Frank Żvizzeru. L-ewro tilef 0.17% kontra d-Dollaru Awstraljan u 0.08% kontra d-Dollaru Kanadiż.

L-indiċijiet fl-Ewropa kienu kollha f’territorju pożittiv. Il-FTSE 100 żdied 0.37%; l-iSTOXX 50 b’0.56%; id-DAX b’0.13% u l-CAC 40 b’0.82%.

Il-prezz taż-żejt żdied, il-Brent juri żieda ta’ 0.37% għal $67.48 u l-United States crude oil tela’ b’0.32% għal $58.80.

Id-deheb żdied b’0.59% għal $1,303.86 waqt li kien hemm żieda ta’ 1.18% fil-fidda għal $15.36810.

Nagħtu ħarsa issa lejn xi tagħrif ekonomiku li mistenni matul il-ġimgħa d-dieħla.

It-Tnejn joħorġu l-minuti tal-laqgħa tar-Reserve Bank of Australia; id-Dħul Medju u l-Bonus flimkien mal-qgħad mir-Renju Unit u s-sentiment ekonomiku Ġermaniż imkejjel mill-Istitut ZEW.

L-Erbgħa mir-Renju Uniti jkun ippublikat l-indiċi tal-prezzijiet għal konsumatur u jkun hemm il-vot tal-Parlament dwar il-Brexit. L-Istati Uniti jippublikaw it-tagħrif dwar il-ħażna taż-żejt u l-Projezzjonijiet Ekonomiċi mill-U.S. Federal Open Market Committee u l-konferenza stampa mill-istess Kumitat. Ikun hemm ukoll it-tagħrif dwar il-qgħad mill-Awstraljan.

Nhar il-Ħamis ikun hemm ir-rata tal-interessi u l-evalwazzjoni tal-politika monetarja mill-Iżvizzera; il-bejgħ bl-imnut u l-indiċi tal-manifattura mill-Istati Uniti u d-deċiżjoni dwar ir-rata tal-interess mill-Bank of England.

Nhar il-Ġimgħa mbagħad joħroġ l-indiċi dwar il-manifattura mill-Ġermanja, l-indiċi tal-prezzijiet tal-konsumatur u l-bejgħ bl-imnut mill-Kanada u l-bejgħ ta’ djar eżistenti fl-Istati Uniti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru llum kien riesaq lejn tnaqqis żgħir wara li kien laħaq l-ogħla rata f’sentejn minħabba dħul inqas mill-bonds tal-Gvern Amerikan hekk kif l-investituri qed jibżgħu li t-tilwima kummerċjali bejn l-Istati…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żamm qrib l-ogħla rata f’xahar illum hekk kif it-tensjonijiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina baqgħu għoljin qabel ma l-minuti tal-Federal Reserve jagħtu ħjiel dwar x’kien wassal lill-mexxejja…

Barranin

Muniti Id-Dollaru llum żamm iż-żidiet li kellu l-ġimgħa li għaddiet hekk kif l-investituri qed jistennew il-minuti tal-laqgħa tal-Federal Reserve li jistgħu jagħtu aktar ħjiel dwar x’wassal biex id-diretturi jieħdu atteġjament…

Barranin

Id-Dollaru żamm qrib l-ogħla rata f’ġimagħtejn kontra l-muniti rivali, sostnut minn statistika ekonomika tajba ferm mill-Istati Uniti u żieda fid-dħul tal-bonds tat-Teżor. L-indiċi tad-Dollaru kontra grupp ta’sitt muniti ewlenin ftit…

Aktar