Barranin
Il-waqgħa fil-prezz tad-dollaru tgħin biex jogħla d-deheb

L-ewro qabeż id-$1.21 għall-ogħla rata llum minħabba sentiment li l-Bank Ċentrali Ewropew qed ilesti biex itemm l-istimulu monetarju qawwi tiegħu, u wara li l-Kanċellier Ġermaniża Angela Merkel laħqet ftehim li għandu jwassal għall-formazzjoni ta’ gvern ta’ koalizzjoni mas-Soċjal-Demokratiċi.

Il-munita unika kienet diġà bdiet tiżdied il-Ħamis, wara li l-Bank Ċentrali Ewropew qal fil-minuti tal-laqgħa ta’ Diċembru li kmieni din is-sena jista’ jerġa’ jistudja mill-ġdid il-mod ta’ komunikazzjoni tiegħu.

L-ewro llum kabbar iż-żidiet u għoliet b’0.8% sa €1.2137, l-ogħla mill-31 ta Diċembru 2014, wara li l-Konservattivi ta’ Merkel u s-Soċjal Demokratiċi qablu dwar ftehim għal negozjati formali dwar koalizzjoni, u dan kabbar il-prospetti ta’ tmiem ta’ xhur ta’ inċertezza politika fl-akbar ekonomija tal-Ewropa.  Iżda l-analisti sostnew li l-akbar appoġġ għaż-żieda fl-ewro kienu l-minuti tal-Bank Ċentrali.

L-istokks dinjijin llum laħqu livelli għolja ġodda waqt li l-ewro telgħet għall-ogħla rata fi tliet snin. Id-dħul mill-bonds Ġermaniżi żdied minħabba li l-progress dwar il-formazzjoni tal-Gvern ta impetu ġdid lill-bejgħ qawwi fil-bonds wara sinjali mill-Bank Ċentrali Ewropew li jista jħaffef t-tmiem tal-istimulu.

L-istokks Ewropej segwew l-irkupru fin-negozju Asjatiku, iżda mistennija jagħlqu l-ġimgħa bla ċaqliq minħabba li ewro aktar qawwi kellu effett fuq l-esportazzjoni Ewropea u illimita ż-żieda fuq id-DAX minħabba l-iżvilupp fit-taħditiet dwar il-gvern.

Il-prezzijiet taż-żejt telgħu ‘l fuq mis-$70 għall-ewwel darba mill-2014 hekk kif l-investituri huma tal-fehma li t-tnaqqis fil-provvista mmexxi mill-OPEC ser jiddomina s-suq din is-sena.  Iżda xi negozjanti fis-settur qed jagħmlu twissija li l-aktar reġjun li jikkonsma żejt, l-Ażja, qed juri li dalwaqt inaqqas ix-xiri.

Il-fokus tas-suq taż-żejt sa issa kien fuq sinjali li qed tonqos il-provvista hekk kif il-pajjiżi tal-Lvant Nofsani, tal-OPEC u r-Russja komplew bit-tnaqqis fil-produzzjoni bil-għan li jsostnu l-prezzijiet. Bil-konsum globali taż-żejt qawwi wkoll minħabba tkabbir ekonomiku dinji b’saħħtu, is-sentiment tal-investitur kien pożittiv.

Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu għat-tielet sessjoni illum biex laħqu l-ogħla livell minn Settembru, b’waqgħa fil-prezz tad-dollaru tgħin biex il-prezz tad-deheb ikollu l-ħames ġimgħa ta’ żidiet konsekuttiva.

Matul il-ġimgħa d-dieħla l-attenzjoni tal-investitur ser tmur fuq il-pubblikazzjoni taċ-ċifri tal-inflazzjoni taż-żona tal-ewro għal aktar ħjiel dwar kif jaħsibha l-Bank Ċentrali Ewropew dwar l-inflazzjoni li jkunu ppublikati fis-17 ta; Jannar. Il-livell preċedenti tal-inflazzjoni kien ta’ 1.4% kif qed jistenna s-suq.

Il-Bank of Canada jaġġorna l-politika dwar ir-rati tal-interess fl-istess data waqt li fit-18 ta Jannar mill-Awstralja toħroġ ir-rata tal-qgħad li bħalissa hija ta’ 5.4%.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-Ewro għal ftit ħin wera żieda hekk kif avvanzaw il-bonds Taljani wara rapport li l-Italja aktarx tipproponi defiċit ta’ 2% għas-sena d-dieħla, li tkun konċessjoni lejn l-Unjoni Ewropea. L-ewro wara…

Barranin

Muniti Id-dollaru kien aktar baxx kontra l-parti l-kbira tal-muniti tal-Grupp tal-10 hekk kif il-Yen u l-Frank Żvizzeru avvanzaw minħabba tħassib dwar il-kummerċ, waqt li l-Isterlina ssaħħet għax l-investituri biegħu l-munita…

Barranin

L-Isterlina tbaxxiet għall-inqas rata tagħha fi kważi 18-il xahar waqt li kien hemm irkupru fil-bonds tal-Gvern Ingliż hekk kif kien irrapportat li l-Prim Ministru Ingliża Theresa May ħassret vot kruċjali…

Barranin

Il-ġimgħa li għaddiet l-ewro għadda minn fażi ta’ konsolidament kontra l-Isterlina wara dak li deher li kien laħaq qabeż l-inqas livell minn Awwissu. Dan iżda kien falz. Minn dak iż-żmien,…

Aktar