Lokali
Il-websajt ġdida ta’ The Shoreline tirrifletti proġett sofistikat

The Shoreline nieda l-websajt ġdida tiegħu – www.theshorelineresidence.com. Il-websajt toffri ħarsa komprensiva lejn il-proġett ta’ €200 miljun li se jsir fi SmartCity Malta. Tinkludi l-karatteristiċi ewlenin tal-proġett, id-disponibbiltà tal-apartamenti u l-faċilità li tfittex il-proprjetà li tkun għall-bejgħ.

Il-websajt uffiċjali ta’ The Shoreline hi mezz ideali biex tipprovdi tagħrif dwar din id-destinazzjoni, li toffri xejn inqas minn 450 appartament li jgawdu Status ta’ Żona Speċjalizzata (SDA). Dan jipprovdi potenzjal sinifikanti u valur miżjud lill-investituri barranin li jistgħu jkunu interessati li jakkwistaw aktar minn appartament wieħed f’The Shoreline, li wara huma jkunu jistgħu jerġgħu jbiegħu inkella jżommuh għall-kiri.

“Il-pożizzjoni ta’ The Shoreline hi waħda kontemporanja. Dan hu rifless fil-websajt il-ġdida tagħna li għandha sservi ta’ vetrina li tippreżenta dan il-proġett kemm f’Malta kif ukoll internazzjonalment. Il-proġett qed jiġbed l-attenzjoni tant li, skont l-iskeda tal-bejgħ, l-appartamenti fl-ewwel fazi diġà nbiegħu kollha,” qal Steve Carter, id-direttur maniġerjali ta’ The Shoreline.

Bħala riżors utli għall-investituri prospettivi, għall-aġenti tal-proprjetà u għal dawk li se jixtru biex jbiegħu aktar ‘il quddiem, din il-websajt toffri mod kif min iżurha jkun jista’ jsib malajr it-tagħrif li jkun jeħtieġ, fosthom l-aħħar aħbarijiet u aġġornamenti dwar l-iżvilupp. Barra minn hekk, il-viżitaturi barranin se jsibu ħafna informazzjoni dwar Malta u l-kuntest storiku u soċjali.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Il-muniti Ewropej tbaxxew hekk kif sinjali li t-tkabbir qed jidgħajjef jitfgħu dubju dwar l-abbiltà li l-banek ċentrali fir-reġjun jirtiraw mill-istimulu straordinarju. L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’xahrejn taħt $1.14, jum…

Barranin

Muniti Tħassib dwar il-pjani tal-baġit tal-Italja, evidenti minn żieda fid-dħul tal-bonds, kien wieħed mill-fatturi ewlenin li eżerċita pressjoni ‘l isfel fuq l-ewro. Jidher li l-investituri studjaw sewwa l-aħħar ottimiżmu mill-aġenzija…

Lokali

Biex tiċċelebra l-għaxar edizzjoni tal-kompetizzjoni Bols Around World Lucas Bols qed tistieden lit-timijiet li jaħdmu fil-bars biex jipparteċipaw fl-edizzjoni tal-2019. Għaliex, fl-aħħar mill-aħħar, wara l-cocktails eċċellenti dejjem issib tim sħiħ…

Aktar