Barranin
Il-yuan jaqa’ għall-inqas livell fi 11-il sena

Muniti

Il-yuan Ċiniż waqa’ għall-inqas livell fi 11-il sena fin-negozju onshore u għal livell baxx rekord f’dak offshore, wara li l-aħħar żieda fit-tilwima kummerċjali mal-Istati Uniti laqtet ħażin lis-sentiment tal-investituri. Fis-suq offshore, il-yuan tbaxxa sa 7.187 yuan, l-inqas minn meta beda n-negozju internazzjonali fil-munita fl-2010, qabel irkupra għal 7.1524 yuan – tnaqqis ta’ 0.2% għall-ġurnata wara kummenti favorevoli minn Trump.

Id-dollaru kompla jirkupra u żdied 0.3% kontra grupp ta’ muniti. Kontra l-ewro, id-dollaru żdied b’0.1% għal $1.1117. L-Isterlina tilfet 0.3% għal $1.2239 hekk kif l-investituri stennew l-aħħar żviluppi fil-ħidma Ingliża biex l-Unjoni Ewropea tinnegozja mill-ġdid il-ftehim tat-tluq.
L-Isterlina kienet qed tkun nnegozjata għal 0.9090 pence kull ewro.

Indiċi

L-ishma tat-teknoloġija mbuttaw lill-ishma Ewropew għall-inqas livell f’ġimgħa, hekk kif l-investituri telqu minn assi aktar riskjużi wara aktar daqqiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina dwar il-kummerċ.

Il-President Donald Trump nhar il-Ġimgħa rritalja għal sensiela ġdida ta’ tariffi miċ-Ċina, bl-impożizzjoni ta’ 5% dazju ieħor fuq madwar $550 biljun fi prodotti Ċiniżi, u talab lill-kumpaniji Amerikani li jitilqu miċ-Ċina.

It-telf fl-Ewropa ma kienx daqshekk drammatiku daqs dak fl-Asja matul il-lejl, wara li Trump qal li uffiċjali Ċiniżi ikkuntattjaw lill-uffiċjali Amerikani matul il-lejl biex jgħidu li jridu jirritornaw lejn il-medja tan-negozjati.

Wall Street irpiljat illum wara li Trump ipprova inaqqas it-tensjoni maċ-Ċina wara li żieda fil-ġlieda l-ġimgħa li għaddiet tefgħet lill-ishma sewwa l-isfel.

Ekwiti Lokali

Fl-ishma lokali, il-Bank of Valletta tilfu 0.91%; il-Malita Investments żdiedu b’0.59%; il-PG ma kellhom ebda ċaqliq. Il-Plaza Centre kellhom żieda ta’ 3.03%; l-RS2 Software ma inbidlux; it-Tinge Malta kellhom l-akbar ċaqliqa b’żieda ta’ 3.51% waqt li Trident Estates kellhom tnaqqis ta’ 1.04%.

Bonds

Fil-qasam tal—bonds lokali,il-Hudson Malta 2026 tilfu 0.96%; il-MIDI 2026 żdiedu b’0.48%; l-International Hotel Investments 2026 kellhom l-akbar żieda ta’ 1.37%; l-Eden Finance 2027 avvanzaw b’0.95%. Kien hemm żieda ta’ 0.54% fil-Hili Finance Company; tnaqqis ta’ 0.48% fl-Istivala Group Finance 2029 u żieda ta’ 0.74% fil-Bank of Valletta 2026-20131.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt għolew illum wara li kemm l-Istati Uniti kif ukoll iċ-Ċina it-tnejn qalu li jistgħu jnaqqsu t-tensjoni fil-gwerra kummerċjli bejniethom li imminat il-prospetti għall-ekonomija globali u d-domanda għaż-żejt mhux maħdum.

Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu b’aktar minn 1% biex qabżu l-$1,500 kull uqija għall-ewwel darba f’aktar minn sitt snin hekk kif l-investituri daru lejn assi meqjuża sikuri minħabba ż-żieda fit-tensjoni bejn l-Istati Uniti u c-Ċina.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru rkupra xi telf tal-bidu hekk kif l-istatistika ekonomika dgħajfa u t-tħassib dwar jekk l-Istati Uniti u ċ-Ċina humiex ser jilħqu ftehim laqtu ħażin l-appell tad-dollaru bħala munita sigura….

Barranin

Muniti Id-dollaru ftit li xejn inbidel wara li l-President Trump f’diskors li għamel ma ta ebda dettalji ġodda dwar il-gwerra kummerċjali maċ-Ċina. Il-Frank Żvizzeru tela’ għall-ogħla rata f’xahar kontra l-ewro…

Barranin

Muniti Id-dollaru kien aktar b’saħħtu kontra l-yen u l-Frank Żvizzeru hekk kif l-investituri kienu aktar ottimisti qabel diskors tal-President Trump, li fih mistenni li jipposponi tariffi fuq il-karozzi Ewropej b’sitt…

Barranin

Id-dollaru żamm iż-żidiet tiegħu kontra l-yen u l-frank Żvizzeru llum hekk kif l-investituri xtraw assi aktar riskjużi wara l-aħbar li ċ-Ċina u l-Istati Uniti qablu li jirtiraw tariffi bħala parti…

Aktar