Barranin
Il-yuan offshore taċ-Ċina tbaxxa għall-inqas livell f’aktar minn seba’ ġimgħat

Muniti

Il-yuan offshore taċ-Ċina tbaxxa għall-inqas livell f’aktar minn seba’ ġimgħat. Il-Frank Żvizzeru kellu movimenti imħallta, tilef kontra d-dollaru iżda żdied bi ftit kontra l-ewro. Id-dollaru rkupra aktar minn 1% kontra l-yuan Ċiniż għal 7.0268 yuan.

L-ewro tilef 0.42% għal $1.1046, id-dollaru Awstraljan kellu rata ta’ $0.66945, żieda ta’ 0.1% kontra d-Dollaru Amerikan.

L-Isterlina tilfet madwar 1% kontra l-ewro llum wara li l-Prim Ministru Boris Johnson ppropona termini iebsin għat-taħditiet dwar Brexit mal-Unjoni Ewropea. Dan qajjem mill-ġdid il-biża’ li r-Renju Unit ser item il-perjodu ta’ 11-il tranżizzjoni mingħajr ftehim kummerċjali.

Iż-żewġ naħat għandhom sal-aħħar ta’ din is-sena biex jilħqu ftehim dwar ir-relazzjonijiet futuri u kummerċjali iżda Johnson qed ikun iebes u qal li pajjiżu mhux ser joqgħod għar-regoli u regolamenti tal-Unjoni. L-UE, in-naħa tagħha wissiet lir-Renju Unit li l-aċċess għas-suq uniku ta’ 450 miljun ser jiddependi dwar kemm il-Gvern Ingliż lest li jaderixxi mar-regoli ambjentali u r-regolamenti dwar ix-xogħol.

Indiċi

L-ishma Ewropej żdiedu llum, u rkupraw mill-agħar ġimgħa tagħhom fi kważi seba’ xhur, hekk kif baqa’ t-tħassib dwar l-effetti ekonomiċi tal-imxija tal-virus fiċ-Ċina.

L-indiċijiet ewlenin ta’ Wall Street illum żdiedu mal-ftuħ, wara ġimgħa negattiva minħabba l-biża’ dwar il-coronavirus. Id-Dow Jones żdied 0.23% u wara kien qed jinnegozja b’żieda ta’ 1%. L-S & P 500 fetaħ b’żieda ta’ 0.31% waqt li kien hemm żieda ta’ 0.43% fin-NASDAQ.

Stocks Lokali

Fl-ishma lokali, il-Bank of Valletta tilfu 0.93%, il-GO żdiedu b’ 0.48%, u l-Harvest Technology għalqu bi tnaqqis ta’ 1.33%. Kien hemm tnaqqis ta’ 1.23 fl-International Hotel Investments, ta’ 0.72% fil- Malta International Airport u ta’ 0.71%. L-aħjar li marru llum kienu l-ishma tal-Lombard Bank b’żieda ta’ 4.59%.

Bonds Lokali

Fis-settur tal-bonds lokali, il-Hili Finance Company 2029 tilfu 0.11%, il-Hal Mann Vella Group 2024 żdiedu b’0.96%, u l-Hili Properties 2025 naqsu b’0.36%. L-International Hotel Investments 2025 tbaxxew b’0.46%, il-Mercury Projects Finance 2027 avvanzaw bi kważi 0.90%, il- Mercury Projects Finance 2031 ukoll wrew żieda ta’ 0.49% l -SP Finance 2029 tbaxxew b’0.88%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew illum, milquta ħażin mit-tħassib dwar id-domanda miċ-Ċina wara l-imxija tal-coronavirus, għalkemm il-possibbiltà ta’ aktar tnaqqis fil-produzzjoni mill-OPEC u l-alleati offriet xi sostenn lill-prezzijiet.

Il-prezz tad-deheb illum tilef 1% u imbagħad kien qed jitlef 0.90% u irtira mill-ogħla livell fi kważi erba’ ġimgħat hekk kif il-passi taċ-Ċina biex tipproteġi lill-ekonomija mill-impatt tal-coronavirus u dollaru b’saħħtu naqqsu xi investimenti f’assi sikuri.

Aħbarijiet Oħra

Muniti L-Isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru u l-ewro, wara li l-Bank of England qal li ngħata tagħrif kif tista’ tkun implimentata b’effett rata ta’ interessi negattiv jekk ikun hemm bżonn. Il-Bank…

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef kontra l-muniti u kien kważi bla tibdil kontra l-ewro minħabba stennija li l-Federal Reserve seta’ jagħti ħjiel ta’ aktar azzjoni fil-politika monetarja, waqt li l-yuan Ċiniż…

Muniti L-isterlina żdiedet wara dejta dwar l-impjiegi aħjar milli kienet mistennija u l-Prim Ministru Boris Johnson iffaċċja oppożizzjoni fil-partit tiegħu dwar il-leġiżlazzjoni proposta li tikser it-trattat dwar Brexit. Iżda ż-żieda…

Muniti Id-dollaru llum tilef kontra l-muniti ewlenin sħabu hekk kif mewġa ta’ negozju f’akkwist ta’ kumpaniji għen lis-sentiment fis-swieq internazzjonali tal-ishma u l-investituri qed jistennew ġimgħa mimlija attivitajiet li jinkludu…

Aktar