Lokali
Imħabbra l-kelliema internazzjonali għall-ewwel B2B Expo Malta

Il-B2B Expo Malta, organizzata mill-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar, se jkollha parteċipazzjoni mill-kelliema internazzjonali Sir Clive Woodward, il-Coach Prinċipali li mexxa t-team tar-rugby tal-Ingilterra biex jirbaħ it-Tazza tad-Dinja fl-2003; Sahar Hashemi, OBE u intraprenditura li waqqfet  żewġ kumpaniji—Coffee Republic u Skinny Candy; u Chris Moss, fundatur tal-Orange Brand, kreatur ta ‘Magic Moments’ ta’ Virgin Atlantic u Eks-Eżekuttiv Prinċipali ta’ 118 118.

Il-kelliema ġew imħabbra llum mill-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar Chris Cardona f’konferenza stampa fejn ġie żvelat il-programm komplut tal-B2B Expo. Il-konferenza se tinkludi wkoll sessjonijiet ta’ masterclasses miżmuma minn esperti u professjonisti fil-qasam dwar sfidi u opportunitajiet li jistgħu jiltaqgħu magħhom in-negozji moderni. Is-suġġetti jinkludu il-fundamentali għal trasformazzjoni diġitali, l-importanza tad-data fin-negozji, introduzzjoni fuq każijiet ta’  użu kummerċjali fuq blockchain, u l-użu ta’ LinkedIn minn Jason Miller—Content and Social Marketing Leader minn Linkedin.

Il-ministeru, fl-impenn tiegħu li jkompli jibni ambjent ekonomiku kompetittiv u joħloq opportunitajiet ġodda għall-SMEs, identifika n-nuqqas tat-tali opportunità li tiġbor l-industriji kollha fis-suq lokali u għalhekk qed jimla dan l-ispazju neċessarju, hekk kif l-ekonomija dejjem tikber. Il-konferenza se tlaqqa’ sidien ta’ negozji lokali, imprendituri u startups ġodda f’ambjent ta’ networking u ta’ tagħlim għal dawk li qed ifittxu soluzzjonijiet biex jibnu n-negozji tagħhom.

“Ngħarfu li pajjiżna għandu suq mimli b’ħaddiema u intraprendituri b’ħafna talent, u nħarsu ‘l quddiem sabiex dakinhar niġbruhom kollha taħt saqaf wieħed. Nisperaw li l-konferenza tista’ twassalhom sabiex ikollhom rabtiet kummerċjali ġodda, u li tgħinhom jistabbilixxu l-pass li jmiss fl-istrateġija kummerċjali u investiment ġdid għall-pajjiż”, qal il-Ministru Cardona.

Il-B2B Expo se ssir fl-1 ta’ Ġunju u d-dħul huwa mingħajr ħlas. Il-linja kompluta u r-reġistrazzjoni  huma disponibbli fuq www.b2bexpomalta.com.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Il-muniti Ewropej tbaxxew hekk kif sinjali li t-tkabbir qed jidgħajjef jitfgħu dubju dwar l-abbiltà li l-banek ċentrali fir-reġjun jirtiraw mill-istimulu straordinarju. L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’xahrejn taħt $1.14, jum…

Barranin

Muniti Tħassib dwar il-pjani tal-baġit tal-Italja, evidenti minn żieda fid-dħul tal-bonds, kien wieħed mill-fatturi ewlenin li eżerċita pressjoni ‘l isfel fuq l-ewro. Jidher li l-investituri studjaw sewwa l-aħħar ottimiżmu mill-aġenzija…

Lokali

Biex tiċċelebra l-għaxar edizzjoni tal-kompetizzjoni Bols Around World Lucas Bols qed tistieden lit-timijiet li jaħdmu fil-bars biex jipparteċipaw fl-edizzjoni tal-2019. Għaliex, fl-aħħar mill-aħħar, wara l-cocktails eċċellenti dejjem issib tim sħiħ…

Aktar