Barranin
In-Nasdaq, li huwa mimli ishma tat-teknoloġija, laħaq livelli għolja rekord

Muniti

L-ewro kien qrib id-$1.20 wara li tela’ għall-ogħla livell ieħor fi 28 xahar u d-dollaru tbaxxa għall-inqas rata f’bosta snin hekk kif l-investituri qed jaħsbu li l-qafas ta’ politika monetarja mill-Fedreal Reserve ifissder li r-rati tal-interessi ser jibqgħu baxxi fgħat-tul.

L-aħbar tal-ġimgħa l-oħra mill-Federal Reserve li ser jittollera perjodi ta’ inflazzjoni ogħla u jiffoka aktar fuq inflazzjoni medja u aktar impjiegi inkoraġġiet lill-investituri li jbigħu d-dollaru.

L-isterlina telgħet għall-ogħla rata fit mien xhur fuq id-$1.34 hekk kif kibret id-dgħufija tad-dollaru wara l-politika l-ġdid mill-Federal Reserve.

Indiċi

L-ishma Ewropej tilfu żidiet bikrin minħabba telf fil-kumpaniji ewlenin Brittaniċi u statistika dgħajfa dwar l-inflazzjoni fiż-żona ewro, waqt li s-settur tat-teknoloġija kien fuq quddiem iż-żidiet wara żieda fil-prezz tal-fornituri ewlenin tal-Apple.

Fl-Istati Uniti, in-Nasdaq, li huwa mimli ishma tat-teknoloġija laħaq livelli għolja rekord fil-ftuħ hekk kif avvanzaw l-ishma tal-kumpanija Apple u waqt li stħarriġ tajjeb fost is-settur tal-manifattura fiċ-Ċina beda s-sentiment lejn l-istatistika li ser toħroġ dwar il-produzzjoni fl-Istati uniti.

Id-Dow Jones żdied 0.03% iżda malajr tilef iż-żidiet tiegħu.

Shares

Fl-ishma lokali, il-Malta International Airport kellhom l-akbar tnaqqis ta’ 2.81%. Il-Grand Harbour Marina tilfu 2.78% u l-MIDI tilfu 2.72%. L-ishma tal-GO tbaxxew b’0.60%.

F’territorju poittiv kien hem mil-Bank of Valletta b’0.67%. l-HSBC Bank Malta u l-GlobalCapital għalqu b’żieda ta’ aktar minn 3.70%.

Bonds

Fil-qasam tal-bonds lokali, l-International Hotel Investments 2024 tilfu 5.65%, segwiti mill-International Hotel Investments 2021 bi 2.90%. L-SD Finance 2027 tilfu 1.97% u l-International Hotel Investments 2023 naqsu b’1.67%

Fin-naħa poittiva kien hemm il-Cablenet Communications Systems 2030 bi kważi 1%, l-AX Group 2029 It-Tieni Serje b’1.50% u l-GlobalCapital 2021 marru l-aħjar bi 2%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż=żejt żdiedu llum, u kisbu lura t-telf ta’ matul il-lejl kontra l-attività tajba fl-ishma u dollaru li qed jitbaxxa.

Il-prezz tad-deheb żdiedu b’aktar minn 1% lejn l-ogħla livell f’ġimagħtejn, wara l-akbar waqgħa fid-dollaru f’aktar minn sentejn hekk kif l-investituri qed jaħsbu li r-rati ser jibqgħu baxxi għal żmien twil.

Aħbarijiet Oħra

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minnn BNF Bank. Muniti Id-dollaru Amerikan tbaxxa mill-ogħla rata tiegħu f’xahrejn għax tamiet ta’ stimulu ġdid naqqas it-tħassib…

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas livell hekk kif dejta ekonomika mill-Istati Uniti u tħassib dwar it-tieni mewġa tal-koronavirus tlaqqgħet ma’ dejta dgħajfa mill-Ewropa u żiedu l-valur tad-dollaru. Id-dollaru tela’ għal $1.1671…

Muniti L-Isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru u l-ewro, wara li l-Bank of England qal li ngħata tagħrif kif tista’ tkun implimentata b’effett rata ta’ interessi negattiv jekk ikun hemm bżonn. Il-Bank…

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef kontra l-muniti u kien kważi bla tibdil kontra l-ewro minħabba stennija li l-Federal Reserve seta’ jagħti ħjiel ta’ aktar azzjoni fil-politika monetarja, waqt li l-yuan Ċiniż…

Aktar