In-negozjati bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina jaffetwaw iż-żejt u d-deheb

Id-dollaru Amerikan tilef xi żidiet bikrin hekk kif naqas xi ottimiżmu dwar ftehim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Il-munita Amerikana żdiedet għall-ogħla rata kontra l-yen li huwa meqjuż munita sikura matul in-negozju Asjatiku. L-ewro żamm sod kontra d-dollaru anke jekk is-sentiment tajjeb fost il-konsumaturi Ġermaniżi żdied bla mistenni hekk kif deħlin f’Diċembru. Dan jissuġġerixxi li l-infiq mill-familji ser ikompli jsostni t-tkabbir fl-akbar ekonomija fl-Ewropa lejn tmiem is-sena.

L-Isterlina tbaxxiet illum wara li t-tieni stħarriġ ta’ opinjoni pubblika wera li qed jonqos il-vantaġġ tal-Partit Konservattiv qabel l-elezzjoni ġenerali. Il-Konservattivi tal-Prim Ministru dejjem kienu b’vantaġġ fuq il-Laburisti u tamiet li rebħa minn Johnson ser ittemm aktar minn tlitt snin ta’ inċertezza dwar Brexit saħħet lill-Isterlina minħabba tħassib dwar ħruġ bla ftehim mill-Unjoni Ewropea.

Indiċi

L-ishma Ewropej kien ftit aktar baxxi wara bidu tajjeb fil-ġimgħa hekk kif l-investituri ippruvaw jaraw sinjali konkreti ta’ progress fit-taħdititet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina waqt li l-ishma ta’ Compass Group ta’ Londra tbaxxew sewwa wara li rrapporta tnaqqis fin-negozju Ewropew tiegħu.

L-indiċijiet ewlenin f’Wall Street kienu mistennija jiftħu bla ċaqliq wara li fis-sessjoni ta’ qabel għalqu f’livell għoli rekord bi ftit kumpaniji tal-bejgħ bl-imnut juru riżultati mħallta qabel l-ħruġ tal-istatistika dwar il-fiduċja tal-konsumatur.

Fis-settur tal-ishma il-Bank of Valletta tilfu 0.91%; il-BMIT Technologies naqsu b’0.96%; l-HSBC Bank Malta tbaxxew bi 2.34%; il-Malita Investments tilfu 1.64%; il-Malta International Airport tilfu 0.69% waqt li l-RS2 Software avvanzaw b’1.90%. Il-Plaza Centres ma kellhom ebda movement.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, it-Tumas Investments 2024 żdiedu b’0.69%; il-Mercury Projects Finance 2027 tilfu 1.67%; l-SD Finance 2027 tbaxxew bi 2.66%; it-Tumas Investments 2027 tilfu 0.10%; it-Tum Finance 2029 tilfu 0.57%; l-iStivala Group Finance 2029 tilfu 0.54% waqt li l-Mercury Projects Finance 2031 tbaxxew bi 3.38%.

Il-prezzijiet taż-żejt illum żdiedu wara tamiet ta’ progress lejn ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u tbassir ta’ tnaqqis fl-inventarji taż-żejt mhux raffinat fl-Istati Uniti.

Id-deheb kien sod hekk kif investituri stennew aktar żviluppi fin-negozjati bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina waqt li suq tal-ishma sod żamm lid-deheb fl-inqas prezz għall-ġimagħtejn.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro tilef 0.22% wara l-laqgħa mistennija tal-Bank Ċentrali Ewropew, waqt li l-yuan Ċiniż tbaxxa minħabba il-biża’ dwar it-tixrid tal-viarus. Ewro kien jiswa $1.1067. Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Christine Lagarde…

Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fl-inqas livell f’xahar fost aspettattivi li l-Bank Ċentrali Ewropew ser jadottaw ton kawt meta jiltaqa’ għada. Stħarriġ mill-Istitut ta’ Riċerka Ġermaniż, ZEW, wera li s-sentiment tal-investituri…

Barranin

Muniti L-indiċi tad-dollaru, li jkejjel il-valur tiegħu ma’ grupp ta’ sitt muniti, tbaxxa għal 97.481. Waqt li kien qed jitkellem fil-Forum Ekonomiku Dinji f’Davos, il-President Donald Trump qal li dalwaqt…

Barranin

Muniti Id-dollaru llum żdied għall-ogħla livell tal-2020 wara li s-sensiela ta’ statistika tal-ġimgħa li għaddiet ikkonfermat li l-ekonomija tal-Istati Uniti tinsab f’saħħitha, waqt li l-yuan Ċiniża laħaq għal ftit ħin…

Aktar