Barranin
In-negozju ġab kollass fis-swieq finanzjarji u tħassib li l-miżuri tal-BĊE mhux biżżejjed

Muniti

Id-dollaru rkupra xi telf bikri llum hekk kif intensifika l-bejgħ qawwi fl-ishma, u b’hekk issaħħaħ is-sentiment favur id-dollaru bħala assi sikur. Iż-żieda ta’ 9% mid-dollaru fl-aħħar ġimagħtejn intemm nhar il-Ġimgħa wara li l-banek ċentrali ewlenin kabbru l-provvista tad-dollaru biex ilaħħqu maż-żieda globali għall-fondi. Iżda n-negozju tal-lum ġab kollass fis-swieq finanzjarji, u dan ġab tħassib li l-passi tal-banek ċentrali ma kienux biżżejjed.

Kontra grupp ta’ muniti oħrajn, id-dollaru żdied 0.2% wara li kien tbaxxa aktar kmieni b’0.7%, iżda kważi 1% ogħla mill-inqas rata fl-Asja. Nhar il-Ġimgħa, id-dollaru laħaq l-ogħla livell ta’ Jannar 2017 ta’ 102.99. Id-dollaru fil-bidu żdied kontra l-ewro għall-ogħla rata minn April 2017, iżda mbagħad tilef iż-żieda biex kien negozjat 0.2% inqas għal $1.0636 kull ewro. Waranofsinhar l-ewro żdied kontra d-dollaru għal $1.0795.

L-Isterlina ddgħajfet illum, u riesqa lejn l-inqas rata f’35 sena li laħqet il-ġimgħa li għaddiet hekk kif l-investituri għaġġlu jixtru d-dollaru Amerikan fost rawnd ieħor ta’ paniku dwar l-effett ekonomiku tal-coronavirus. L-Isterlina kienet ilha taħt pressjoni  minħabba l-mewġa massiva ta’ bejgħ ta’ bosta muniti barra d-dollaru, li hija l-aktar munita likwida u assi sikur meta tevapora l-fiduċja mis-swieq finanzjarji.

Indiċi

L-ishma Ewropej weħlu qrib l-inqas prezz f’seba’ snin minħabba li qed tiżdied il-biża’ li jiċkien it-tkabbir globali għal din is-sena wara li aktar pajjiżi iżolaw irwieħhom biex inaqqsu l-imxija tal-coronavirus.

L-ishma fl-Istati Uniti fetħu aktar baxxi llum hekk kif mewġa qasira ta’ ottimiżmu mill-mossa aggressiva dwar is-self mill-Federal Reserve ttapnet mill-pandemija tal-coronavirus li għadha tinfirex.

Wara politika ta’ llaxkar monetarju aggressiv dan ix-xaħar, inkluż interessi kważi zero, il-Federal Reserve qal li issa ser isellef kontra s-self tal-istudent u self bil-karti ta’ kreditu kif ukoll li jixtri bons ta’ kumpaniji kbar.

Ishma

L-ishma lokali llum kienu negattivi bl-akbar waqgħa kienet fil-Malta International Airport li tilfu 12.44%. L-International Hotel Investments ukoll tilfu b’mods sinifikattiv u għalqu €0.51, tnaqqis ta’ 9.82%.  L-RS2 Software tilfu 8.42% watq li l-PG naqsu b’7.89%. Kien hemm tnaqqis ta’ 3.81% fil-Lombard Bank Malta waqt li l-Bank of Valletta tilfu 2.17% u l-BMIT Technologies 1.96%.

Bonds

Anke l-bonds lokali kienu f’territorju negattiv bl-Izola Bank 2025 jitilfu 5.66% u l-Exalco Finance 2028 jitbaxxew b’5.30%.

Il-Mariner Finance 2024 tbaxxew 4.31%, il-Merkanti Holding  2026 b’1.99%. L-SD Finance  2027 u l-iStivala Group Finance 2027 it-tnejn tilfu 1.90%. In-1923 Investments  2024 żdiedu bi kważi 1%.

Il-prezzijiet taż-żejt Brent kompla jonqos bid-domanda titbaxxa sewwa hekk kif naqset sewwa l-attività tal-ivvjaġġar u industrija madwar id-dinja fi sforzi biex tonqos l-imxija tal-coronavirus. It-tnaqqis fid-domanda waslet hekk kif il-pandemija tal-coronavirus waslet meta s-suq taż-żejt sab quddiemu gwerra tal-prezzijiet bejn ir-Russja u l-Arabja Sawdija, li effettivament temmet il-ftehim ta’ tnaqqis fil-produzzjoni tal-alleanza OPEC u b’hekk fawwru s-suq biż-żejt.

Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu b’aktar minn 2% illum wara li warrbu telf bikri wara li l-Federal Reserve Amerikan ħa passi aggressivi ġodda biex jikkumbatti l-impatt ekonomiku tal-pandemuija u b’hekk kabbar is-sentiment tal-investitur.

Il-Federal Reserve qal li ser jiggarantixxi firxa bla preċedent ta’ self għall-familji, negozji żgħar u fabbriki kbar fi sforz biex ipatti għat-tfixkil sever ikkawżat mill-coronavirus.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-dollaru kien riesaq lejn l-akbar waqgħa f’ġimgħa f’aktar minn 10 snin hekk kif sensiela ta’ miżuri ta’ stimulu madwar id-dinja, inklużi $2 Triljun mill-Istati Uniti, għenu biex naqqsu t-tħarbita fis-swieq…

Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra grupp ta’ muniti wara li dejta wriet żieda bla preċedent fl-Amerikani li marru jirreġistraw għal benefiċju tal-qgħad, hekk negozji madwar il-pajjiż qed jagħluq…

Barranin

Muniti Id-dollaru tilef illum wara li l-politiċi qablu dwar pakkett ta’ stimulu ta’ $2 Triljun li kkalma n-nervi tas-swieq finanzjarji u wassal biex l-investituri jixtru lura muniti aktar riskjużi. Id-dollaru…

Barranin

Muniti Id-dollaru żdied illum hekk kif kumpaniji u investituri fittxew l-aktar munita likwida, hekk kif it-tħassib dwar ħsara ekonomika kompla jbaxxi s-sentiment ta’ riskju. L-isterlina tbaxxiet għall-inqas livell kontra d-dollaru…

Aktar