Barranin
In-nominazzjoni tagħha żiedet tħassib li l-Bank Ċentrali Ewropew jerħi politika monetarja mgħaġġla

Muniti

L-ewro tbaxxa taħt id-$1.12 għall-inqas livell kontra dollaru aktar b’saħħtu hekk kif l-investituri evalwaw mill-ġdid l-aspettattivi tagħhom dwar b’kemm jista’ l-Federal Reserve jnaqqas ir-rati tal-interessi dan ix-xahar. In-nominazzjoni tal-President tal-Fond Monetarju Internazzjonali Christine Lagarde bħala l-kap ġdid tal-Bank Ċentrali Ewropew żiedet mat-tħassib tal-parteċipanti li l-Bank ikun inklinat li jerħi l-politika monetarja b’mod aktar mgħaġġel minn dak Amerikan.

Il-munita unika tilfet 0.11% għal $1.1202 wara li kienet waqgħet għall-inqas livell minn nofs Ġunju ta’ $1.1193. L-ewro tilef ukoll 0.02% kontra l-yen u 0.05% kontra l-frank Żvizzeru. Sadattant, l-ewro żdied b’0.36% kontra l-isterlina; 0.45% kontra d-dollaru Awstraljan u 0.09% kontra d-dollaru Kanadiż.

Indiċi

L-ishma Ewropej irtiraw hekk kif is-swieq estendew bidu batut għall-ġimgħa. Id-dollaru ssaħħaħ għat-tielet jum.

Il-FTSE 100 żdied b’0.02%; l-iSTOXX 50 tbaxxa b’0.38%; id-DAX tilef 0.86% u l-CAC 40 kellu tnaqqis ta’ 0.22%.

Id-Dow Jones illum fetaħ bi tnaqqis ta’ 0.44% waqt li l-indiċi tal-Borża ta’ Malta tilef 0.50%.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali, kien hemm żieda ta’ 4.52% fil-Mapfre Middlesea; 3.05% fl-RS2 Software; 2.44% fl-International Hotel Investments u 2.00% f’Simonds Farsons Cisk.

Sadattant, il-FIMbank, il-MIDI u l-PG tilfu aktar minn 0.50% bil-PG tilfu l-aktar b’1.84%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-Bonds lokali, l-SP Finance 2029, id-Dizz Finance 2026 u l-Mercury Projects Finance 2031 żdiedu b’aktar minn 0l.40%, bl-SP Finance 2029 jiżdiedu l-aktar b’0.73%.

F’territorju negattiv kien hemm l-International Hotel Investments 2024 b’0.05%; il-Phoenicia Finance Company 2023/28 b’0.05%; l-Istivala Group Finance 2027 b’0.10% u t-Tum Finance 2029 b’0.48%.

Il-prezzijiet taż-żejt għolew b’0.53% għal $64.46 waqt lil-United States Light crude b’0.50% għal $57.97.

Id-deheb għola b’0.39% għal $1,390.07 waqt li kien hemm żieda ta’ 0.05% fil-fidda għal $15.02.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Il-frank Żvizzeru ssaħħaħ kontra l-muniti ewlenin sħabu u huwa fi triqtu lejn l-akbar żieda f’jum kontra d-dollaru Amerikan, f’xahar li fih il-Bank Ċentrali Żvizzeru ma segwiex lill-Bank Ċentrali Ewropew…

Barranin

Il-yen illum baqa’ mwaħħal mal-inqas rata f’sitt ġimgħat kontra d-dollaru hekk kif sinjali li juru li l-Istati Uniti u ċ-Ċina qed inaqqsu d-differenzi ta’ bejniethom dwar il-kummerċ qabel taħditiet kruċjali,…

Barranin

Muniti L-ewro llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra d-dollaru, jum qabel ma l-Bank Ċentrali Ewropew huwa mistenni li jżid aktar stimulu monetarju biex jixpruna lill-ekonomija tar-reġjun. Ħames sorsi familjarji mad-diskussjoni…

Barranin

Muniti L-ewro żdied illum wara li rapport li l-Ġermanja aktarx li żżid l-istimulu fiskali kabbar it-tamiet li l-gvernijiet ser jaġixxu biex jixprunaw it-tkabbir fir-reġjun, għalkemm l-aspettattivi ta’ aktar illaxkar monetarju…

Aktar