In-nuqqas fil-bonds tal-Gvern Amerikan jgħin fil-prezz tad-deheb

L-ewro qed jiġi nnegozjat aktar minn $1.1750 hekk kif żdied il-prezz tal-ishma u twarrab it-tħassib dwar il-lockdown ġdid fi Franza. Is-swieq ftit qed jagħtu każ tal-pjan dwar it-taxxa u l-ieħor tal-infrastruttura mħabbar mill-President Biden.

L-Isterlina ssaħħet għax id-data dwar is-settur tal-manifattura qabeż l-estmi bni 58.9 għal Marzu u hekk kif ikkalmaw is-swieq. Iċ-ċifri tal-qgħad fl-Istati Uniti ddiżappuntaw b’719,000 waqt li l-każi tal-Covid fir-Renju Unit qed jitbaxxew.

L-ewro kellu żidiet simili ta’ madwar kwart ta’ punt perċentwali kontra l-maġġoranza tal-muniti ewlenin. L-unika kienet l-Isterlina li kienet xi ftit aktar b’saħħitha.

Indiċi

Fl-ewwel jum tat-tieni kwart, l-indiċijiet ewlenin ta’ Wall Street fetħu f’territorju pożittivi u l-S&P 500 laħaq l-ogħla livelli qatt laħaq. L-Ewropa kienet qed tiżdied b’madwar nofs punt perċentwali waqt li r-Renju Unit u l-Ġappun kienu wkoll pożittivi. L-Indiċi lokali ukoll għalaq b’żieda.

Ishma

Kien jum kwiet fil-qasam yal-ishma lokali fejn kienhu negozjatibiss 5 ishma bi tnejn bla movement fil-prezz.  Tigne Mall ui l-Malta International Airpport żdiedu 2.86% u 1.67% rispettivament. Il-Bank of Valletta tilfu  0.23%.

Bonds

Il-bonds lokali kienu aktar attivi bl-aktar movimenti perċentwali kienju f’territorju pożittiv. Il-bonds ta’ Hili Finance u Hili Properties u ta’ Smartcare Finance avvanzaw b’aktar minn 1%.  Il-Cablenet Communications, Von Der Heyden Group Finance u l-International Hotel Investments żdiedu b’inqas minn 1%. Il-Medserv għalqu b’telf ta’ ftit aktar minn 1%.

Il-prezzijiet taż-żejt, kemm tal-Brent kif ukoll tal-West Texas Intermediate, kienu qed juru żieda ta’ aktar minn 1%.

Il-prezz tad-deheb għola matul in-negozju bikri fis-sessjoni fl-Amerikan ta’ Fuq  u laħaq l-$1,725. Din kienet it-tieni ġurnata infila ta’ żieda minħabba ton dgħajjef dwar id-dollaru, li għandu xeħta jibbenefika lid-deheb għax jinxtara bid-dollaru. Id-dħul fuq il-bonds tal-gvern Amerikan għal 10 snin kompla jitbaxxa mill-ogħla livell ta’ Jannar 2020 u tbaxxa taħt il-1.70%. Dan kien meqjus bħala fattur ewlieni li żamm lill-investituri u serva bħala għajnuna għad-deheb.