Barranin
In-nuqqas ta’ ftehim bejn Donald Trump u Kim Jong Un iħalli impatt fuq l-investituri

Id-Dollaru żdied kontra l-Yen u naqqas it-telf kontra l-Ewro llum, wara li statistika mill-Istati Uniti wriet li t-tkabbir fl-akbar ekonomija fid-dinja kien aħjar milli kien mistenni fir-raba’ kwart tal-2018.

Qabel din l-istatistika, l-indiċi tad-Dollaru, kejl tal-valur tal-munita kontra sitt muniti ewlenin, kien tbaxxa għall-inqas livell fi tliet snin.

Skont ir-rapport tad-Dipartiment tal-Kummerċ, il-prodott domestiku gross żdied bir-rata annwali ta’ 2.6% wara li kien espanda bi 3.4% bejn Lulju u Settembru. L-ekonomisti kienu qed ibassru tkabbir ta’ 2.3%.

Il-FTSE 100 tbaxxa għax ir-riżultati finanzjarji laqtu ħażin lill-British American waqt li waqa’ l-prezz tal-ishma tal-minjieri wara statistika industrijali dgħajfa miċ-Ċina waqt li l-ishma tar-Rolls Royce tbaxxew ukoll wara li l-kumpanija irtirat mill-proġett tal-Boeing għall-produzzjoni ta’ ajruplan.

Il-FTSE 100 tilef 0.48% u b’hekk waqa’ għat-tielet sessjoni infila u l-FTSE 250 tilef 0.5%. L-indiċi xorta kien fi triqtu lejn it-tieni xahar ta’ żieda.

Is-sentiment tal-investitur intlaqat hekk kif il-White House qalet li l-President Trump u l-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un ma laħqux ftehim fi tmiem is-summit ta’ bejniethom u hekk kif statistika wriet li l-attività industrijali fiċ-Ċina ċkienet għall-inqas livell fi tliet snin matul Frar.

Il-prezz taż-żejt Brent waqa’ hekk kif ippersistiet it-tensjoni kummerċjali bejn iċ-Ċina u l-Istati uniti, l-ekonomija Ċiniża wriet sinjali ta’ tnaqqis fir-ritmu u ż-żieda fil-produzzjoni taż-żejt mill-Istati Uniti imminat it-tnaqqis fil-produzzjoni mmmexxi mil-OPEC.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti  Is-sentiment ta’ riskju deher fis-swieq finanzjarji llum, hekk kif progress lejn is-sejba ta’ vaċċin kontra l-Covid-19 għen lill-ishma jirkupraw u l-muniti bbażati fuq prodotti essenzjali jissaħħu, waqt li d-dollaru…

Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef iż-żidiet bikrin illum bl-investituri fil-muniti ma jagħtux każ it-tensjonijiet diplomatiċi bejn l-Istati Uniti uċ-Ċina u ż-żieda fil-każi tal-coronavirus. Waqt li s-swieq finanzjarji għal bidu tbaxxew hekk…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Il-yen tela’ għall-ogħla rata f’ġimagħtejn u muniti sensittivi għar-riskju tbaxxew wara żieda fl-infezzjonijiet ġodda…

Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan llum tbaxxa kontra l-parti l-kbira tal-muniti hekk kif rkupru f’assi riskjużi bħall-ishma globali u prodotti essenzjali naqqsu d-domanda għall-munita Amerikana meqjusa bħala sikura. L-ewro żdied 0.1% għal…

Aktar