Barranin
Inċertezza dejjem tikber għall-isterlina hekk kif ir-Renju Unit iħejji biex joħroġ mill-UE

Muniti

Id-dollaru baqa’ qrib l-ogħla rata f’ġimagħtejn kontra l-muniti rivali hekk kif it-tnaqqis fl-ekonomija Ċiniża għall-inqas livell fi 28 sena kabbar it-tħassib tal-investituri dwar it-tkabbir globali u sostna l-muniti meqjuża bħala siguri.

Il-Fond Monetarju Internazzjonali baxxa t-tbassir għat-tkabbir globali għal 2019 u l-2020, minħabba it-tnaqqis fl-espansjoni ekonomika fiċ-Ċina u fiż-żona tal-ewro u n-nuqqas li jkunu riżolti t-tensjonijiet kummerċjali li jistgħu jkomplu jħarbtu l-ekonomija globali.

Kollox ma kollox, id-dollaru qed ikollu pressjoni indiretta mill-momentum batut fl-ekonomija globali li sforza lill-Federal Reserve li jieħu approċċ kawt dwar aktar żidiet fl-interessi. L-ispekulazzjoni hija li l-Federal Reserve dalwaqt jagħmel pawża fl-issikkar monetarju.

L-isterlina wkoll qed tiffaċċja inċertezza dejjem tikber hekk kif ir-Renju Unit qed iħejji biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea bl-ebda sinjali s’issa ta’ ftehim permanenti biex jassigura l-futur ekonomiku tar-Renju Unit mal-Unjoni Ewropea.

Il-ftehim dwar Brexit ma ġiex aċċettat mill-Parlament Ingliż u lbieraħ il-Prim Ministru May tat il-proposti biex tegħleb in-nuqqas ta’ ftehim billi tikseb aktar konċessjonijiet mill-Unjoni Ewropea fuq pjan sabiex jiġi evitat kontroll doganali fl-Irlanda.

Indiċi

L-ishma Ewropej fetħu f’territorju negattiv minħabba tħassib dwar l-espansjoni globali. L-iSTOXX 50 tilef 0.58% bil-Boroż madwar l-Ewropa jitilfu hekk kif numru ta’ rapporti minn kumpaniji ma rnexxielhomx ixejnu s-sentimenti kontra r-riskju.

Anke s-swieq fl-Istati Uniti resqin lejn tnaqqis wara tmiem il-ġimgħa ta’ btala wara li l-Fond Monetarju Internazzjonali naqqas it-tbassir tiegħu.

Id-Dow Jones kiseb xi żieda.

Ishma

L-ishma lokali kienu wkoll f’territorju negattiv bil-Bank of Valletta, il-GO, l-International Hotel Investments, il-PG u t-Trident Estates jitbaxxew fil-prezz.

Bonds

Is-suq tal-bonds lokali kien imħallat bl-ikbar żieda ta’ 1.44% fin-1923 Investments 2024 u tnaqqis ta’ 0.44% fil-Hili Finance Company 2028.

Il-prezzijiet tad-deheb kienu sodi waqt li l-fidda tilfet xi ftit. Id-deheb u l-fidda waqgħu għall-inqas livell fi tlett ġimgħat matul il-lejl.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro baqa’ taħt pressjoni kontra d-Dollaru Amerikan wara l-ħruġ ta’ statistika ekonomika dwar il-Ġermanja li kienet dgħajfa aktar milli maħsub. L-ewro tilef 0.15% għal $1.1210. Barra dan, l-ewro tbaxxa…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet illum hekk kif kompla l-irkupru tad-dollaru, u l-istatistika tajba dwar il-bejgħ bl-imnut fir-Renju Unit ma kinetx biżżejjed biex tqajjem lill-munita mis-sitwazzjoni li tinsab fiha wara l-estensjoni ta’…

Barranin

Muniti L-ewro llum tbaxxa wara li diversi uffiċjali tal-Bank Ċentrali Ewropew urew dubji dwar l-irkupru pproġettat fit-tkabbir ekonomiku fit-tieni nofs tas-sena. It-tħassib dwar l-ekonomija taż-żona tal-ewro ħabat ħames ġimgħat wara…

Barranin

Rappreżentanti ta’ Valletta Cruise Port u l-Awtorità tat-Turiżmu flimkien ma’ partijiet interessati pparteċipaw fis-Seatrade Cruise Global 2019 f’Miami. Is-Seatrade Cruise Global huwa l-pjattaforma ewlenija tal-industrija fejn ‘il fuq minn 11,000…

Aktar