Barranin
Inkwiet għall-Isterlina hekk kif ir-Renju Unit riesaq lejn elezzjoni ġenerali f’Diċembru

Muniti

Id-dollaru żamm sod kontra l-ewro hekk kif l-investituri qed jistennew ir-riżultat tal-laqgħa tal-Federal Reserve għada, waqt li l-Isterlina kienet imqalba hekk kif ir-Renju Unit jidher li riesaq lejn elezzjoni ġenerali f’Diċembru.

Il-Federal Reserve mistenni jbaxxi r-rati u l-investituri qed ikunu jistennew għal xi indikazzjoni ta’ aktar tnaqqis. Il-mexxejja tal-Federal Reserve huma maqsuma dwar jekk għandhomx inaqqsu r-rati. Id-dollaru jista’ jissaħħaħ jekk il-bank jindika li mhux bilfors wieħed jistenna aktar qtugħ fir-rati.

L-Isterlina żdiedet għal $1.2848 minn $1.2193 fit-8 t’Ottubru iżda hija taħt l-ogħla rata ta’ $1.3012 tal-21 ta’ Ottubru.

Indiċi

L-ishma Ewropej tbaxxew għall-ewwel darba f’seba’ sessjonijiet hekk kif rapporti dgħajfa mill-kumpaniji naqqsu l-ottimiżmu li hemm dwar il-progress fit-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u qabel tnaqqis li huwa mistenni fir-rati tal-interessi mill-Federal Reserve.

L-S & P 500 illum laħaq livell għoli rekord ieħor, mgħejjun minn rapporti finanzjarji tajbin mill-manifatturi tal-mediċini Merck and Pfizer, waqt li profitt diżappuntanti għat-tliet xhur minn Alphabet, is-sid tal-Google, żamm lil Nasdaq f’territorju negattiv.

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-GO żdiedu 2.36%; l-HSBC Bank Malta avvanzat 2.31% waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 0.88% fil-Lombard Bank Malta. Tnaqqis ukoll kien hemm fil-MaltaPost b’1.56%; 5.08% fil-Medserv; 1.96% fl-RS2 Software u 1.95% fit-Trident Estates.
Bonds.

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, kien hemm żieda ta’ 0.49% fil-GAP Group 2022 u 0.99% fil-Merkanti Holding 2026. Il-MIDI 2026 tilfu 1.90%; l-iStivala Group Finance 2029 naqsu b’0.01% waqt li l-Hili Finance Company 2029 avvanzaw 0.05%. Kien hemm tnaqqis ta’ aktar minn 1% fil- Bank of Valletta 2030 (L-Ewwel Serje)waqt li l-Bank of Valletta 2026- 2031 żdiedu b’0.01%.

Il-prezz taż-żejt waqa’ għat-tieni jum lejn $61 kull barmil, taħt pressjoni tal-aspettattivi ta’ żieda fil-ħażniet taż-żejt mhux raffinat fl-Istati Uniti u dubbji dwar jekk l-OPEC u l-alleati humiex ser inaqqsu aktar il-produzzjoni taż-żejt f’Diċembru.

Il-Brent żdied 13% fl-2019 s’issa, sostnut mit-tnaqqis mill-OPEC, li għalissa huwa ta’ 1.2 miljun barmil kuljum sa Marzu. Il-produtturi ser jiltaqgħu fil-5 u s-6 ta Dicembru biex jiddeċiedu jekk jestendux jew jaġġustawx il-ftehim.

Il-prezz tad-deheb illum waqa’ hekk kif issaħħaħ id-dollaru u żdied l-ottimiżmu ta’ ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, waqt li l-investituri qed jistennew id-deċiżjoni tal-Federal Reserve dwar ir-rati tal-interessi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet għar-raba’ jum wara l-ieħor kontra d-Dollaru hekk kif is-saħħa tal-munita Amerikana u t-tħassib dwar il-bidu tat-taħditiet kummerċjali bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea warrbu min-nofs l-istatistika li…

Barranin

Muniti Id-dollaru żdied illum għall-ogħla rata fi kważi 3 snin kontra l-ewro, li kienet taħt pressjoni minn stħarriġ Ġermaniż li wera tnaqqis fil-fiduċja tal-investitur fl-ikbar ekonomija tal-Ewropa. L-ewro tbaxxa b’0.36%…

Barranin

Muniti L-ewro tħabat biex żamm qrib l-inqas rata fi tliet snin hekk kif l-investituri huma mħassba dwar it-tnaqqis fit-tkabbir fir-reġjun, waqt li l-isforzi Ċiniżi biex jillimitaw il-ħsara mill-coronavirus jidher li…

Barranin

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’erba’ snin u nofs kontra l-Frank Żvizzeru llum u l-yen issaħħaħ hekk kif l-investituri fittxew assi sikuri wara li l-provinċja ta’ Hubei fiċ-Ċina, l-epiċentru tal-coronavirus,…

Aktar