Barranin
Investituri ottimisti bil-kampanja ta’ tilqim – mistenni li l-ekonomija tirkupra

L-ewro beda jissaħħaħ lejn id-$1.18. Id-dollaru, meqjus bħala munita sigura ħa pawża miż-żidiet ta’ dan l-aħħar. Qed ikompli t-tħassib dwar il-projbizzjoni mill-Unjoni Ewropea fuq l-esportazzjoni tal-vaċċin, l-għeluq tal-Kanal tas-Swejż u ż-żieda fil-każi fl-Istati Uniti. Huwa mistenni r-rapport dwar is-sentiment tan-negozju fil-Ġermanja mill-istitut IFO.

Il-Frank Żvizzeru jinsab fl-ogħla livell għal bosta xhur, madwar 0.9400 kontra d-dollaru hekk kif il-par qed ikompli riesaq lejn iż-0.9467 ta’ nofs Lulju li għadda.

Il-par dollaru-yen kien qed ikun negozjat pożittivament matul kmieni fis-sessjoni Ewropea u laħaq l-ogħla livelli għal bosta xhur, madwar il-109.40 u l-109.45 yen kull dollar. Is-sentiment ta’ riskju – kif jidher fis-sentiment pożittiv fin-negozju madwar is-swieq finanzjarji – immina d-domanda għal yen, meqjus bħala munita sigura. L-investituri ħadu ħjiel miż-żieda modesta fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan, għalkemm azzjoni fuq il-prezz tad-dollaru tidher li qed tillimita żidiet għal dan il-par ta’ muniti.

L-Isterlina tinsab fil-livell ta’ madwar $1.3750 u qed titqawwa fost id-dgħufija tad-dollaru u wara li r-Renju Unit irrapporta żieda ta’ 2.1% fil-bejgħ bl-imnut matul Frar. Tħassib dwar sanzjonijiet Ċiniżi fuq uffiċjali Brittanniċi u dewmien potenzjali fil-kampanja ta’ tilqim fir-Renju Unit baqgħu fl-isfond.

L-ishma Ażjatiċi jinsabu f’territorju pożittiv, waqt li dawk fl-Istati Uniti u l-Ewropa wkoll qed jiżdiedu. L-indiċi tad-dollaru qed jitbaxxa xi ftit wara żieda matul ħamest ijiem fl-aħħar sitta u dan ippermetta xi żidiet fid-deheb u fil-prezzijiet taż-żejt.

Is-sentiment ta’ riskju fis-suq ilbieraħ kien mgħejjun minn ċifri dwar il-qgħad fl-Istati Uniti li kienu inqas minn dawk mistennija, għalkemm baqgħu taħt l-erba’ miljuni għall-ewwel darba mill-pandemija.

L-ishma fl-Istati Uniti kellhom reazzjoni pożittiva għar-reviżjoni ‘l fuq mill-President Biden tal-mira tiegħu għat-tilqim, li issa hija ta’ 200 miljun dola sa tmiem April.

Is-swieq urew li l-ottimiżmu tal-investituri huwa marbut ma’ kemm il-kampanja ta’ tilqim tilħaq mill-popolazzjoni, għax dan jifforma l-bażi għall-irkupru mistenni fl-ekonomija. Ir-rotazzjoni f’setturi sensittivi ċikliċi turi dan, waqt li t-tnaqqis fl-ewro kontra l-muniti ewlenin rivali huwa prova ta’ tħassib persistenti dwar l-isforzi mħarbta fl-Ewropa fil-kampanja tat-tilqim.

Il-prezzijiet taż-żejt West Texas Intermediate iffaċċja żieda fil-volatilità bi tweġiba għall-inċident fil-Kanal tas-Swejż. It-tnaqqis tal-bieraħ kien waqt interess u l-volumi li qed jonqsu u dan ippermetta għal rkupru potenzjali f’termini qasir ħafna. Sadattant, il-prezzijiet riċenti wrew qrubija lejn il-livell ta’ $57.50 kull barmil.

Id-deheb ilbieraħ kellu moviment fiż-żewġt naħat u fl-aħħar kien f’territorju negattiv u din kienet it-tielet ġurnata f’erbat ijiem f’territorju negattiv. Illum kien qed jiġi nnegozjat ftit inqas minn $1,330 għal kull uqija.