Barranin
Ir-ram riesaq lejn l-ogħla prezz ta’ kull żmien

Il-par ewro/dollaru jinsab taħt pressjoni lejn id-$1.21 hekk kif il-munita Amerikana qed tissaħħaħ qabel ma joħorġu ċ-ċifri tal-Parodott Domestiku Gross taż-żona ewro. L-ekonomija Franċiża ssorprendiet b’żieda fl-ewwel kwart waqt li Spanja tbaxxiet. Mistennija wkoll iċ-ċifri tal-inflazzjoni.

L-ekonomija Franċiża tjiebet b’0.4% fl-ewwel kwart, kontra l-estmi, anke jekk l-infiq mill-konsumatur iddgħajjef bla mistenni matul Marzu kontra Frar. Il-Prodott Domestiku Gross tal-Ġermanja jidher li tbaxxa b’1.5% mill-perjodu ta’ qabel, l-Italja tbaxxiet b’0.5% u ż-żona ewro b’0.8%.

L-inflazzjoni probabilment għoliet matul April bi Franza timmarka 1.6%, l-Italja 0.9% u ż-żona ewro b’1.6%.

Spanja ffinalizzat il-pjan biex tikseb €140 biljun għajnuna mill-Fond ta Rkupru mill-koronavirus tal-UE. Il-Gvern Spanjol qed jistenna jirievi €70 biljun ta’ għotjiet bejn l-2021 u l-2023 u jiġbed mas-€70 biljun bħala self fil-perjodu 2024-2026. Il-pajjiż ippropona aktar minn 100 riforma li għandhom jsostnu użu adegwat tal-fondi. Hemm dibattitu intern dwar il-kobor tat-tkabbir li mistenni joħroġ minn dawn ir-riżorsi.

In-nuqqas ta’ ċarezza dwar il-kundizzjoni tal-coronavirus, minħabba l-preżenza tal-varjant Indjan fi Franza kif ukoll tilqim mhux ugwali fil-Punent, jidher li qed jolqot lill-ewro fil-kontront mad-dollaru.

Min-naħa l-oħra dawk li jfasslu l-politika Ewropea jistennew żieda sorprendenti mill-ewwel ċifri tal-Prodott Domestiku Gross, wara ċifri qawwija ta’ inflazzjoni mill-Ġermanja li hija l-mutur ekonomiku taż-żona. Kien hemm ukoll ċifri tajbin dwar is-sentiment fiż-żona. Fost dawn il-fatturi, l-prezzijiet futuri tal-ishma juru telf żgħir waqt li kiber d-ħul fuq il-bonds ta’ 10 snin mit-Teżor Amerikan għal 1.64%.

Il-prezzijiet taż-żejt West Texas Intermediate estendew l-irkupru lbieraħ u laħqu livell għoli ġdid għal xahar ta’ $66.00. Il-moviment seħħ fost interess u volum li qed jiżdiedu, li jagħtu ħjiel li f’terminu qasir jista’ jkun hemm aktar żidiet. Il-mira li jmiss hija l-ogħla prezz tal-2021 jiġifieri ftit inqas minn $68.00 kull barmil.

Ir-ram tilef wara li temporanjament laħaq il-livell ta’ $10,000 għall-ewwel darba mill-2011. Iżda ż-żieda għadha ma waqfitx u l-analisti jgħidu li l-ogħla prezz ta’ kull żmien huwa fil-qrib u l-metall riesaq lejn territorju li qatt ma wasal għalih.

In-negozjanti tad-deheb ser ikomplu jsegwu x-xejriet ta’ riskju, speċjalment fid-dawl ta’ ċifri ta’ tkabbir ekonomiku fil-Ġermanja u fiż-żona ewro. Jekk iċ-ċifri dwar il-Prodott Domestiku Gross jiddiżapuntaw, dan jinforza l-biża’ tar-riskju, jolqot ħażin assi li jirrendu ħafna bnħar-rati Amerikani u jżomm milli d-deheb jitbaxxa.