Barranin
Ir-rata tad-dollaru tkompli titbaxxa

Muniti

Id-dollaru waqa’ kontra l-muniti rivali llum, u l-ftit żieda li kellu fil-bidu sfumat qabel ma toħroġ l-istatistika dwar it-tkabbir ekonomiku fl-Istati Uniti fit-tieni kwart tas-sena aktar tard fis-sessjoni. Id-dollaru, li f’nofs il-ġimgħa tbaxxa għall-inqas rata fi 13-il xahar wara li l-Federal Reserve qal li m’għandux għaġġla biex iżid ir-rati tal-interessi, ingħata spinta ilbieraħ hekk kif id-dħul mill-bonds tal-Gvern żdiedu wara statistika tajba dwar il-bejgħ tal-prodotti durabbli u dwar l-esportazzjoni.

Id-dollaru Kanadiż irtirata kontra d-dollaru nhar il-Ħamis wara li kien laħaq l-ogħla rata f’sentejn, għax il-munita Amerikana kienet irkuprat xi ftit wara li l-istatistika wriet li hemm żieda fit-tkabbir ekonomiku matul it-tieni kwart.

Indiċi

L-istokks fl-Istati Uniti tbaxxew, bl-indiċi ewlenin jitbaxxew ilbieraħ għax mewġa ta’ volatilità kissret il-kalma fis-swieq finanzjarji li kienu telgħu għal-livelli għoljin record.

Tnaqqis fl-ishma relatati mal-karozzi u l-prodotturi tal-oġġetti essenzjali ġibdu ‘l isfel lill-istokks fl-Ewropa hekk kif ġimgħa ta’ rapport finanzjarji mill-kumpanija kienet waslet biex tagħlaq.

Komoditajiet                                                   

Il-prezz tad-deheb ssoda nhar il-Ġimgħa wara li rtira mill-ogħla prezz f’aktar minn sitt ġimgħat fis-sessjoni ta’ qabel bl-investituri jistennew ħjiel dwar is-saħħa tal-ekonomika Amerikana mill-Prodott Domestiku Gross għat-tieni kwart tas-sena.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew illum iżda xorta kienu qrib l-ogħla prezzijiet fi tmien ġimgħat, mgħejjuna minn tnaqqis fl-inventarji tal-Istati Uniti u mill-isforzi tal-OPEC biex titnaqqas il-produzzjoni.

Il-Ġimgħa d-Dieħla

Il-ġimgħa d-dieħla ser tkun mimlija bl-aħbarijiet ekonomiċi. Waħda mill-aktar importanti ser tkun id-deċiżjoni dwar l-inflazzjoni fiż-żona tal-ewro u d-deċiżjoni dwar ir-rati tal-interessi mill-Bank of England. L-investituri jħarsu mill-qrib lejn id-deċiżjoni dwar bidliet fir-rati ta’ interessi ta’ terminu qasir għax dawn huma fattur primarju fil-valutazzjoni tal-munita. Ċifri ogħla milli mistennija jkunu pożittivi għall-munita waqt li inqas ikunu negattivi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru tbaxxa llum, u laħaq l-inqas rata tas-sessjoni kontra l-yen u l-frank Żvizzeru wara l-ħruġ ta statistika dgħajfa aktar milli mistennija dwar l-ordnijiet għall-oġġetti durabbli fl-Istati Uniti….

Barranin, Lokali

Muniti kontra l-ewro L-ewro ssoda llum wara li rreġistra l-ikbar waqgħa f’ġurnata fis-sessjoni ta’ qabel, peress li l-investituri qed iħarsu lil hinn mill-impass politiku fil-Ġermanja biex jiffokaw fuq l-ekonomija robusta…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro L-ewro rkupra mill-inqas rata kontra l-yen negozjata llum fl-Asja, bl-investituri jwarrbu min-nofs ir-riskji politiċi tan-nuqqas tal-Kanċillier Angela Merkel li tifforma koalizzjoni bejn tliet partiti. L-isterlina żdiedet nofs…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro L-ewro żdied b’nofs fil-mija kontra d-dollaru llum u riesaq lejn l-akbar żieda f’ġurnata f’xahar hekk kif l-investituri reġgħu bdew jixtru assi riskjużi fl-Ewropa għax qed jistennew li…

Aktar