Barranin
Ir-rata tal-ewro kontra d-dollaru tibqa’ fl-istess ilma

Muniti

Ir-rata tal-ewro kontra d-dollaru baqgħet fil-firxa ta’ dan l-aħħar hekk kif is-swieq qed jistudjaw l-aħħar statistika miż-żona tal-ewro u mill-Istati Uniti. Ir-rata tal-ewro kienet madwar $1,1027. Wara l-ewwel laqgħa dwar il-politika monetarja għall-2020, il-Bank Ċentrali Ewropew irriafferma il-wegħda li jżomm ir-rati tal-interessi f’livelli baxxi rekord u jkompli bil-programm ta’ llaxkar kwantitattiv sakemm l-inflazzjoni fiż-żona tal-ewro tidħol fil-mira stabbilita mill-Bank.

L-Isterlina tjiebet llum wara li l-Bank of England żamm l-interess f’0.75%, kontra dak li ħasbu s-swieq li ser ikun hemm tnaqqis biex tkun mgħejuna l-ekonomija. Wara l-mossa, ir-rati bil-quddiem tar-rati tal-interess ikkunsidraw li mhux ser ikun hemm tnaqqis fir-rata fil-laqgħa ta’ Marzu ukoll, u b’hekk issaħħett l-Isterlina. Is-swieq finanzjarji xorta għandhom ibassru li ser ikun hemm tnaqqis ta’ kwart ta’ punt sa Settembru.

Il-yen u l-frank Żvizzeru issaħħew hekk kif żdiedu l-imwiet mill-virus fiċ-Ċina u dan wassal biex l-investituri jfittxu il-kenn ta’ muniti meqjusa sikuri waqt li yuan Ċiniż tbaxxa għall-inqas livell f’xahar.

Id-dollarui kien l-aħjar li mar fost il-muniti tal-Grupp tal-10 matul Jannar bl-indiċi tad-dollaru jiżdied 1.6% dan ix-xahar, l-ogħla għal xahrejn.

Indiċi

L-ishma Ewropej tbaxxew għall-ewwel darba fi tliet sessjonijiet illum minħabba rapporti finanzjarji minn kumpaniji, bl-investituri wkoll imħassba bl-effett ekonomiku li jista’ jikkawża l-virus li s’issa diġà kien il-kawża ta’ 170 mewt.

Fl-Istati Uniti, l-ishma tbaxxew ukoll għax l-epidemija tal-virus kabbret il-biża ta’ aktar effetti ħżiena fuq l-ekonomija Ċiniża waqt li rapporti finanzjarji diversi minn ditti tat-teknoloġija wkoll kellhom effett fuq is-sentiment tal-investituri.

Stocks Lokali

Fl-ishma lokali, il-BMIT Technologies żdiedu 1.96%, il-GO tilfu 0.48%, HSBC Bank Malta tilfu 2.78%. Il-Malta International Airport avvanzaw b’1.46% waqt li l-Mapfre Middlesea kien l-aħjar li mar b’żieda ta’ 5.45%. F’territorju negattiv ukoll kien hem mil-MaltaPost b’0.74% u l-PG bi 3.47%.

Bonds Lokali

Fis-settur tal-bonds lokali, l-AX Group 2026 L-ewwel serje żdiedu b’ 0.49%, il-Bank of Valletta 2030 L-Ewwel serje, l-ewwel tranche żdiedu ukoll b’0.25%. F’territorju negattiv kien hemm id-Dizz Finance 2026 b’0.87%, il-Hili Finance Company 2029 b’0.51% u l-Mercury Projects Finance 2031 b’0.21%.

Simonds Farsons Cisk 2027 tilfu 0.79% u t-Together Gaming Solutions 2024-2026 għalqu pożittivament b’ 0.10%

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew minħabba t-tħassib dwar l-impatt ekonomiku potenzjali tal-coronavirus li kompla jkinfirex madwar id-dinja, waqt li s-swieq ikkunsidraw ukoll il-possibiltà ta’ laqgħa kmieni tal-OPEC.

Il-prezz tad-deheb żamm iż-żidiet li kellu, mgħejun minn tħassib dwar l-effett li l-coronavirus jista’ jkollu fuq it-tkabbir ekonomiku mondjali.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’erba’ snin u nofs kontra l-Frank Żvizzeru llum u l-yen issaħħaħ hekk kif l-investituri fittxew assi sikuri wara li l-provinċja ta’ Hubei fiċ-Ċina, l-epiċentru tal-coronavirus,…

Barranin

Muniti Id-dollaru żamm qrib l-ogħla rata llum minħabba li qed jikbru t-tamiet li naqset l-imxija tal-coronavirus, u dan inkoraġixxa lill-hedge funds li jkabbru x-xiri tad-dollaru li qed irendi bil-bosta. Il-coronavirus…

Barranin

Muniti Tnaqqis fir-rata tal-ewro kontra d-dollaru għall-inqas rata f’erba’ xhur qajjem il-prospett tal-ipprezzar mill-ġdid ta’ waħda mill-fatturi makro-ekonomiċi tad-dinja u potenzjalità ta’ rata mill-ġdid tad-dollaru madwar il-globu. Wara li kienet…

Lokali

Id-dollaru żamm qrib l-ogħla rata tiegħu kontra l-yen wara statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti qabel ma joħroġ ir-rapport ewlieni dwar l-impjiegi. Il-yuan tbaxxa u s-swieq finanzjarji baqgħu fuq ix-xwiek hekk…

Aktar