Barranin
Ir-rata tal-Isterlina mad-Dollaru ssaħħet wara rapporti li May għandha tirriżenja llum

Id-Dollaru llum kien riesaq lejn tnaqqis żgħir wara li kien laħaq l-ogħla rata f’sentejn minħabba dħul inqas mill-bonds tal-Gvern Amerikan hekk kif l-investituri qed jibżgħu li t-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina ser tolqot ħażin lill-ekonomija Amerikana aktar milli kien maħsub. Fattur ieħor li qed iżomm lura lid-Sollaru hija l-istennija kbira li l-Federal Reserve ser ibaxxi r-rati tal-interessi aktar tard din is-sena biex jixpruna lill-akbar ekonomija fid-dinja.

Ir-rata tal-Ewro kontra d-Dollaru żdiedet għall-ogħla fil-ġurnata wara l-ftuħ f’Londra hekk kif l-investituri qed jibbilanċjaw il-pożizzjonijiet tagħhom qabel tmiem il-ġimgħa twil fl-Istati Uniti u fir-Renju Unit minħabba btajjel pubbliċi lokali.

L-Isterlina baqgħet qrib l-inqas rata f’erba’ xhur ilbieraħ hekk kif alleata ewlenija irriżenjat mill-Kabinett tal-Prim Ministru May u dan saħħaħ it-talbiet biex May tirriżenja, iżda dalgħodu r-rata tal-Isterlina mad-Dollaru ssaħħet xi ftit wara rapport fit-Times ta’ Londra li May kellha tirriżenja llum.

L-ishma Ewropej waqgħu lbieraħ, hekk kif l-investituri ippruvaw jifhmu l-aħħar sensiela ta’ taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina waqt li May iffaċċjat pressjoni biex tirriżenja.

Sas-7 ta dalgħodu l-iSTOXX 600 tilef 0.8%, waqt li l-indiċi Ġermaniż, id-DAX, tilef 1.00%. Huma segwew telf fl-ishma fl-Asja għall-inqas livell f’erba’ xhur minħabba t-tħassib tal-investituri li t-tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina qed tinbidel fi gwerra bierda fil-qasam tat-teknoloġija.

L-indiċi tas-setturi tal-karozzi u l-minjieri tilfu 2.80% u 1.04% rispettivament.

Il-prezzijiet irkupraw aktar minn 1% llum imma kienu resqin lejn l-akbar telf f’ġimgħa din is-sena wara li ħażniet li qed jikbru u tħassib dwar t-tnaqqis fl-attività ekonomika wasslu lejn tnaqqis qawwi fil-prezz kmieni din il-ġimgħa.

Il-prezz tal-Brent kellu żieda ta’ 89 cents jew 1.38% għal $68.65 sostnut mit-tnaqqis fil-produzzjoni mill-OPEC u t-tensjonijiet fil-Lvant Nofsani.

Il-United States West Texas Intermediate żdied b’74 cents jew 1.3% għal $58.65.

Il-prezzijiet tad-deheb żammew sodi llum wara li telgħu ‘l fuq minn $1,280 fis-sessjoni ta’ qabel hekk kif statistika dgħajfa Amerikana baxxiet lid-Dollaru mill-ogħla livell f’sentejn u reġgħet qajmet tamiet ta’ tnaqqis fir-rati tal-interessi mill-Federal Reserve din is-sena.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Il-frank Żvizzeru ssaħħaħ kontra l-muniti ewlenin sħabu u huwa fi triqtu lejn l-akbar żieda f’jum kontra d-dollaru Amerikan, f’xahar li fih il-Bank Ċentrali Żvizzeru ma segwiex lill-Bank Ċentrali Ewropew…

Barranin

Il-yen illum baqa’ mwaħħal mal-inqas rata f’sitt ġimgħat kontra d-dollaru hekk kif sinjali li juru li l-Istati Uniti u ċ-Ċina qed inaqqsu d-differenzi ta’ bejniethom dwar il-kummerċ qabel taħditiet kruċjali,…

Barranin

Muniti L-ewro llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra d-dollaru, jum qabel ma l-Bank Ċentrali Ewropew huwa mistenni li jżid aktar stimulu monetarju biex jixpruna lill-ekonomija tar-reġjun. Ħames sorsi familjarji mad-diskussjoni…

Barranin

Muniti L-ewro żdied illum wara li rapport li l-Ġermanja aktarx li żżid l-istimulu fiskali kabbar it-tamiet li l-gvernijiet ser jaġixxu biex jixprunaw it-tkabbir fir-reġjun, għalkemm l-aspettattivi ta’ aktar illaxkar monetarju…

Aktar