Ir-rati tal-interessi fir-Renju Unit żiedu l-valur tal-Isterlina

Muniti Kontra l-Ewro

Id-Dollaru tbaxxa għall-inqas rata f’xahar, waqt li xi ħjiel sorpriza dwar iċ-ċansijiet ta’ żieda fir-rati tal-interessi fir-Renju Unit żiedu l-valur tal-Isterlina hekk kif l-investituri għadhom qed jogħmodu l-effett tat-tieni żieda fir-rati tal-interessi fl-Istati Uniti. Imma fi tmiem il-jum, d-Dollaru rkupra u kważi ma kellu ebda żieda kontra l-ewro.

L-Isterlina u d-dħul mill-bonds tal-Gvern Ingliż żdiedu wara li Kristen Forbes, membru tal-bord tal-Bank of England, li se tispiċċa l-kariga, ivvutat bla mistenni għal żieda fir-rati tal-interessi fil-laqgħa tal-Bord għal Marzu.

Indiċi

Id-Dow Jones illum fetaħ b’żieda ta’0.7%.

Fl-Ewropa, is-swieq ukoll kienu għola. Il-FTSE 100 żdied b’0.65%; l-iSTOXX 50 b’0.96%, id-DAX b’0.69% waqt li kien hemm żieda ta’ 0.66 fil-CAC 40.

It-Topix żdied b’0.09% waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 0.08% fl-Indiċi tal-Borża ta’Malta.

Ishma Lokali

Is-suq lokali tal-ishma llum kien b’mod ġenerali negattiv. L-HSBC Bank Malta żdied b’0.24% iżda l-RS2 Software u l-Mapfre Middlesea tilfu 0.55% u 1.83% rispettivament.

Bonds Lokali

Is-suq tal-bonds kien imħallat. Il-Mediterranean Investment Holdings 2017 żdiedu bi 3.09%; il-Ħal Mann Vella Group 2024 b’0.48% u l-Medserv 2026 b’0.48%.

Iżda min-naħa l-oħra, l-International Hotel Investments 2025 tilfu 0.09%; il-Bank of Valletta 2019, 0.10% u l-Bank of Valletta 2020 0.11%.

Indikaturi ekonomiċi

Il-Federal Reserve, illum, żied ir-rata tal-interessi ewlenija tiegħu b’0.25% għall-firxa bejn 0.75% u 1%. Il-Federal Reserve kellu ton familjari fl-istqarrija tiegħu u rrimarka li ż-żidiet fir-rati tal-interessi se jkunu gradwali matul l-2017 u żamm mal-ħsieb tiegħu ta’ tliet żidiet bit-tnejn li baqa’aktar tard din is-sena.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt, illum żdiedu għat-tieni jum, mgħejjuna minn dollaru aktar dgħajjef u tnaqqis fl-inventarji taż-żejt mhux maħdum fl-Istati Uniti li jagħtu wieħed x’jifhem li l-qtugħ immexxi mill-OPEC qed inaqqas il-provista. Iżda fi tmiem il-jum, il-prezzijiet tilfu xi ftit miż-żidiet.

Id-deheb laħaq l-għola prezz f’ġimgħa wara li l-Federal Reserve wera ruħu kawt dwar il-politika dwar ir-rati tal-interessi għal din is-sena, u b’hekk dgħajjef lid-dollaru għall-inqas livell f’dan ix-xahar.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Matul din il-ġimgħa d-dollaru kellu żieda, mgħejjun minn tkabbir fl-ottimiżmu dwar il-prospetti għar-riformi fiskali tal-Istati Uniti. L-isterlina tbaxxiet għall-inqas rata f’ġimgħa kontra l-ewro wara li statistika wriet tnaqqis mhux…

Lokali

GO u Air Malta ffirmaw ftehim ġdid ta’ sħubija fit-tul li permezz tiegħu GO se tipprovdi s-servizzi kollha ta’ komunikazzjoni lil-linja tal-ajru nazzjonali. B’mod kruċjali, is-soluzzjoni tal-komunikazzjoni pprovduta minn GO…

Barranin

  Emirates today launched a US$15 million campaign to inspire travel and promote the airline’s extensive network of global destinations including its home and hub, Dubai. The campaign is backed…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru żamm iż-żidiet tal-bidu u baqa’ fl-ogħla livell f’ġimgħa kontra basket ta’ muniti, wara rapport li l-President Amerikan qed imiel lejn għażla ta’ bniedem favur żieda fir-rati…

Aktar