Barranin
Ir-regolatur tas-swieq finanzjarji fir-Renju Unit ser jinvestiga żieda qawwija fl-Isterlina

Il-muniti Asjatiċi żammew il-waqgħa tagħhom Illum hekk kif il-fiduċja tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa l-WHO, fit-tweġiba taċ-Ċina għall-imxija tal-coronavirus naqqset it-tħassib dwar żieda fl-infezzjonijiet.

L-Organizzazzjoni qalet ilbieraħ filgħaxija li l-imxija tal-coronavirus hija emerġenza globali iżda opponiet restrizzjonijiet dwar l-ivvjaġġar u qalet li l-azzjonijiet taċ-Ċina ser jitfgħu lura l-mewġ tal-imxija.

Minkejja idea fl-imwiet u każi ġodda, it-ton sigur tal-Organizzazzjoni kien biżżejjed biex idaħħal pawża fil-ġirja lejn is-sigurtà li għal ġimagħtejn laqtet ħażin lill-ishma u lill-muniti u prodotti esposti għaċ-Ċina.

Ir-regolatur tas-swieq finanzjarji fir-Renju Unit ser jinvestiga żieda qawwija fl-Isterlina li seħħet ftit qabel l-aħbar dwar ir-rati tal-interessi mill-Bank of England, u dan wassal biex uħud fis-swieq finanzjarji bdew jistaqsu jekk xi parteċipanti kienux jafu bid-deċiżjoni qabel ħarġet fil-pubbliku.

L-Isterlina żdiedet minuta qabel l-Bank of England ħabbar li ma kienx ser jibdel ir-rata tal-interess. Il-Bank of England qal li talab lill-Financial Conduct Authority biex tinvestiga x’kien ġara. Is-swieq kienu fuq ix-xwiek qabel id-deċiżjoni tal-Bank of England, għax ħafna kienu qed jaħsbu li kien ser ikun hemm tnaqqis ta’ 25 punt bażi jew mhu ser ikun hemm ebda tnaqqis.

Id-dollaru Amerikan waqa’ lbieraħ wara l-akbar li l-ekonomija Amerikana matul l-2019 kellha l-inqas tkabbir ekonomiku annwali fi tliet snin u li l-konsum personali ddgħajjef drammatikament, u dan waqqaf iż-żieda fid-dollaru. L-ekonomija ma laħqitx il-mira ta’ 3% tal-President Trump ghat-tieni sena infila hekk kif kibret il-waqgħa fl-investiment fin-negozju fost tensjonijiet kummerċjali.

Is-swieq internazzjonali tal-ishma din il-ġimgħa kellhom bejgħ qawwi hekk kif iż-żieda f’dawk milquta mill-coronavirus kabbret il-biża’ ta’ pandemija u qajjmet aktar tħassib dwar tnaqqis fl-attività ekonomija fl-akbar ekonomiji fid-dinja.

Is-swieq tal-ishma Astjatiċi batew biex jerġgħu jsibhom saqajhom hekk kif l-investituri qed jittamaw li ċ-Ċina jirnexxielha tegħleb il-virus anke jekk kienu rraportati aktar każi, aktar imwiet, titjiriet sospiżi u pawżi fil-produzzjoni fil-fabbriki.

It-tħassib żamm b’saħħithom il-bonds meqjusa siguri iżda ta daqqa lill-bonds tat-teżor Amerikan għal 10 li tilfu 9 punti bażi s’issa din il-ġimgħa u qrib l-inqas f’erba’ xhur.

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu llum wara telf qawwi matul din il-ġimgħa hekk kif l-Organizzazzjoni Dinjij tas-Saħħa ħaditha kontra restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-kummerċ u ddikjarat emerġenza globali minħabba l-imxija tal-coronavirus. Il-prezzijiet waqgħu kważi 4% din il-ġimgħa – l-inqas fi tliet xhur – qabel ma rkupraw illum bl-investituri u negozjanti mħassba dwar kif l-imxija tal-virus ser taffettawa ħażin id-domanda għaż-żejt u l-prodotti tiegħu.

Il-prezzijiet tad-deheb tbaxxew illum wara li l-WHO qalet li l-miżuri meħuda miċ-Ċina jistgħu jikkontrollaw l-imxija tal-virus stħarriġ wrew sinjali ta’ stabilizzazzjoni fit-tieni l-akbar ekonomija fid-dinja.

Madankollu, id-deheb żdied sa 3.7% din il-ġimgħa u riesaq lejn l-aħjar xahar minn Awwissu hekk kif l-imxija tal-virus qajmet tħassib dwar tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku globali.

Aħbarijiet Oħra

Muniti L-Isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru u l-ewro, wara li l-Bank of England qal li ngħata tagħrif kif tista’ tkun implimentata b’effett rata ta’ interessi negattiv jekk ikun hemm bżonn. Il-Bank…

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef kontra l-muniti u kien kważi bla tibdil kontra l-ewro minħabba stennija li l-Federal Reserve seta’ jagħti ħjiel ta’ aktar azzjoni fil-politika monetarja, waqt li l-yuan Ċiniż…

Muniti L-isterlina żdiedet wara dejta dwar l-impjiegi aħjar milli kienet mistennija u l-Prim Ministru Boris Johnson iffaċċja oppożizzjoni fil-partit tiegħu dwar il-leġiżlazzjoni proposta li tikser it-trattat dwar Brexit. Iżda ż-żieda…

Muniti Id-dollaru llum tilef kontra l-muniti ewlenin sħabu hekk kif mewġa ta’ negozju f’akkwist ta’ kumpaniji għen lis-sentiment fis-swieq internazzjonali tal-ishma u l-investituri qed jistennew ġimgħa mimlija attivitajiet li jinkludu…

Aktar