Ir-restrizzjonijiet li ħabbar Trump fuq vjaġġar mill-Ewropa jħallu impatt negattiv

L-Isterlina tbaxxiet għal qrib l-inqas livell f’ħames xhur kontra d-dollaru u l-ewro, minħabba taqlib li qed jikber fis-swieq wara li l-President Donald Trump ħabbar restrizzjonijiet fuq vjaġġar mill-Ewropa.

L-ewro ddgħajjef wara li l-Bank Ċentrali Ewropew ħabbar aktar stimulu biex ikunu miġġieled l-effett tal-coronavirus iżda ma baxxiex ir-rati tal-interessi, bil-munita unika taqa’ għall-inqas rata tal-jum hekk kif l-investituri marru għad-dollaru.

Il-Bank Ċentrali Ewropew approva miżuri ġodda ta’ stimulu biex jgħin lill-ekonomija taż-żona ewro tilħaq mal-kost tal-epidemija tal-coronavirus, iżda ma bidilx ir-rati tal-interessi f’mossa li tista’ tiddiżżapunta is-swieq finanzjarji.

Indiċi

Il-boroż finanzjarji fl-Istati Uniti komplew bin-negozju wara li twaqqfu għal 15-il minuta, hekk kif l-indiċi ta’ referenza, l-S&P 500 tilef 7% u wassal għal qtugh awtomatiku ftit wara l-ftuħ tan-negozju, għat-tieni darba din il-ġimgħa.

L-ishma Ewropa tbaxxew għall-inqas livell fi kważi erba’ snin hekk kif l-0investituri tħarbtu mir-restrizzjonijiet drammatiċi dwar l-ivvjaġġar imposti mill-President Donald Trump f’tentattiv sabiex iwaqqaf il-coronavirus li qed jinfirex sewwa.

Il-prezzijiet taż-żejt tilfu aktar minn 6% illum wara r-restrizzjonijiet imħabbra mill-Presidet Trump wara li l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa sejħet l-imxija bħala pandemija.

Sadattant id-deheb tilef aktar minn 3% waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 5% fil-prezz.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-dollaru kien riesaq lejn l-akbar waqgħa f’ġimgħa f’aktar minn 10 snin hekk kif sensiela ta’ miżuri ta’ stimulu madwar id-dinja, inklużi $2 Triljun mill-Istati Uniti, għenu biex naqqsu t-tħarbita fis-swieq…

Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra grupp ta’ muniti wara li dejta wriet żieda bla preċedent fl-Amerikani li marru jirreġistraw għal benefiċju tal-qgħad, hekk negozji madwar il-pajjiż qed jagħluq…

Barranin

Muniti Id-dollaru tilef illum wara li l-politiċi qablu dwar pakkett ta’ stimulu ta’ $2 Triljun li kkalma n-nervi tas-swieq finanzjarji u wassal biex l-investituri jixtru lura muniti aktar riskjużi. Id-dollaru…

Id-dollaru tbaxxa sewwa llum, u tilef għat-tieni jum konsekuttiv wara li l-Federal Reserve saħħaħ il-miżuri biex jagħti kenn lill-ekonomija li qed tbati minn restrizzjonijiet ta’ emerġenza fuq il-kummerċ bil-għan li…

Aktar