Ir-restrizzjonijiet ta’ emerġenza fuq il-kummerċ ħabba l-COVID-19 jolqtu ħażin lid-dollaru

Id-dollaru tbaxxa sewwa llum, u tilef għat-tieni jum konsekuttiv wara li l-Federal Reserve saħħaħ il-miżuri biex jagħti kenn lill-ekonomija li qed tbati minn restrizzjonijiet ta’ emerġenza fuq il-kummerċ bil-għan li jkun miġġieled il-coronavirus. Kontra grupp ta’ muniti, id-dollaru tilef 1% għal 101.04, tnaqqis ta’ aktar minn 1.5% mill-ogħla rata ta’ nhar it-Tnejn u wara li nhar il-Ġimgħa kien laħaq l-ogħla livell fi tlitt snin ta’ 102.99. Id-dollaru kien riesaq lejn l-akbar waqgħ f’jum fi tliet ġimgħat.

L-ewro ssaħħaħ llum bl-investituri jirrapportaw domanda minn kumpaniji tal-assigurazzjoni u asset managers minħabba aspetattiva li l-aħħar sensiela ta’ stimulu ser tikkalma l-paniku fis-swieq.

Kontra d-dollaru, il-munita unika żdiedet 1.5% għal $1.0880, l-ogħla fi tlitt ijiem. Iżda wara tbaxxiet għal $1.0780.

L-Isterlina żdiedet aktar minn 1.5% kontra d-dollaru u sabet saqajha kontra l-ewro u b’hekk ħadet nifs mid-daqqiet tal-ġranet riċenti. L-Isterlina, flimkien ma’ bosta muniti, rat mewġa kbira ħafna ta’ bejgħ kontra d-dollaru Amerikan, l-aktar munita likwida fid-dinja u assi sikur meta l-fiduċja tevapora mis-swieq finanzujarji. Kontra l-ewro, l-isterlina żdiedet 0.94% għal 92.08 pence.

Indiċi

L-ishma Ewropej illum ippruvaw irkupru ieħor hekk kif mewġa ġdida ta’ stimulu monetarju u fiskali waqqfu bejgħ qawwi fis-swieq tal-ishma, iżda l-evidenza, li dejjem tikber ta’ ħsara ekonomika mill-pandemija tal-coronavirus, żammet lill-investituri fuq ix-xwiek. Fi sforz globali koordinat biex ikunu stabilizzati s-swieq finanzjarji, il-Ġermanja nidiet pakkett ta’ stimulu sa 750 Biljun ewro, waqt li l-Federal Reserve fl-Istati Uniti ħa passi beix jgħin is-self madwar l-ekonomija.

Kien hemm żieda fil-ftuħ f’Wall Street minħabba li sinjali li l-amministrazzjoni Amerikana kienet riesqa lejn ftehim dwar pakkett ekonomiku ta’ salvataġġ ta’ $2 Triljun taw xaqq ta’ ottimiżmu lis-swieq imkissrin mill-akbar bejgħ mill-kriżi finanzjarja globali.

Ishma

Fl-ishma lokali, il-PG tilfu 5.71% segwiti mill-MIDI b’5%. Il-Bank of Valletta tilfu 4.44%, il-BMIT Technologies naqsu b’4%, il-Go bi 3.90% u l-FIMBank tbaxxew bi 2.40%. L-aħjar li marru llumm kienu l-Malta International Airport li żdiedu 18.18%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, it-Tumas Investments 2027 tilfu 2.84%, il-Hili Properties 2025 naqsu bi 2.55%, is-Central Business Centres 2027 bi 2.49% u l-GAP Group 2023 tbaxxew b’1.92%.

F’territorju pożittiv kien hemm l-iStivala Group Finance 2027 gained b’1.94%, l-International Hotel Investments 2026 bi 2.09% u l-aħjar li marru illum kienu il-Premier Capital 2026 b’żieda ta’ 10.56%

Commodities

Il-prezz taż-żejt llum żdied b’aktar minn 2% wara li l-Federal Reserve Amerikan ħabbar li ser jieħu passi biex jixpruna lill-ekonomija u minħabba tamiet qawwija li l-Istati Uniti dalwaqt tilħaq ftehim dwar pakkett ekonomiku ta’ salvatagg.

Is-swieq kienu sostanzjalment il bogħod mill-ogħla prezzijiet tal-ġurnata, madankollu l-analisti baqgħu pessimisti li l-prezzijeit taż-żejt ser ikollhom irkupru mtawwal fost il-pandemija tal-coronavirus li qed tikber u l-gwerra taż-żejt bejn l-Għarabja Sawdija u r-Russja.

Il-prezz tad-deheb żdied aktar minn 3% u estenda ż-żidiet wara żieda ta’ kważi 4% fis-sessjoni ta’ qabel wara li l-miżuri bla preċedent imħabbra mill-Federal Reserve biex jgħin lill-ekonomija waqqfu l-ġirja għall-flus kontanti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-dollaru kien riesaq lejn l-akbar waqgħa f’ġimgħa f’aktar minn 10 snin hekk kif sensiela ta’ miżuri ta’ stimulu madwar id-dinja, inklużi $2 Triljun mill-Istati Uniti, għenu biex naqqsu t-tħarbita fis-swieq…

Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra grupp ta’ muniti wara li dejta wriet żieda bla preċedent fl-Amerikani li marru jirreġistraw għal benefiċju tal-qgħad, hekk negozji madwar il-pajjiż qed jagħluq…

Barranin

Muniti Id-dollaru tilef illum wara li l-politiċi qablu dwar pakkett ta’ stimulu ta’ $2 Triljun li kkalma n-nervi tas-swieq finanzjarji u wassal biex l-investituri jixtru lura muniti aktar riskjużi. Id-dollaru…

Lokali

Din hi ħarsa ħafifa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum it-Tlieta 24 ta’ Marzu 2020. L-Orizzont Fl-ewwel paġna tal-ġurnal l-Orizzont nsibu storja li tgħid li l-għajnuna tal-Gvern lill-intrapriżi se tiżdied. Il-gazzetta…

Aktar