Barranin
Ir-rettorika dwar il-gwerra kummerċjali u l-ekonomija tgħin lid-Dollaru

Id-Dollaru żdied illum wara ġimagħtejn ta’ żidiet, hekk kif l-investituri huma konvinti li r-rettorika dwar il-gwerra kummerċjali u ekonomija b’saħħitha fl-Istati Uniti  komplew jimbuttaw lill-munita ’l fuq.

L-ewro tilef 0.20% kontra d-dollaru għal $1.1544. Il-munita unika żdiedet b’0.42% kontra l-Isterlina, 0.04% kontra d-Dollaru Awstraljan; 0.09% kontra d-Dollaru Kanadiż, 0.02% kontra l-yen u 0.11% kontra l-Frank Żvizzeru.

Indiċi

L-ishma Ewropej tilfu waqt negozju kawt hekk kif l-ikbar bank tal-Ewropa, l-HSBC iddiżappunta lill-investituri, waqt li dubbji dwar għaqda ppjanata ta’ $87 Biljun ma’ Praxair baxxew il-prezz tal-grupp industrijali tal-gassijiet Ġermaniż Linde.

L-indiċijiet Ewropej kienu kollha f’territorju negattiv. Il-FTSE 100 tbaxxa b’0.04%; l-iSTOXX 50 b’0.07%; id-DAX b’0.29% u l-CAC 40 b’0.21%.

Id-Dow Jones fetaħ 0.03% inqas mal-ftuħ.

Commodities

Il-prezz taż-żejt żdied wara li tbaxxiet bla mistenni matul Lulju il-produzzjoni mill-Għarabja Sawdija waqt li jidher li kien qed ibatti t-tħaffir għaż-żejt mill-Istati Uniti. Il-prezz xorta għadu kważi 10% inqas mill-ogħla prezz tal-2018 li kien aktar minn $80 kull barmil.

Il-Brent żdied 0.85% għal $73.95 kull barmil waqt li l-U.S. Light crude żdied b’1.30% għal $69.38.

Il-prezz tad-deheb tilef 0.52% għal $1,207.51 waqt li l-fidda naqset b’1.03% għal $15.30.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet illum hekk kif kompla l-irkupru tad-dollaru, u l-istatistika tajba dwar il-bejgħ bl-imnut fir-Renju Unit ma kinetx biżżejjed biex tqajjem lill-munita mis-sitwazzjoni li tinsab fiha wara l-estensjoni ta’…

Barranin

Muniti L-ewro llum tbaxxa wara li diversi uffiċjali tal-Bank Ċentrali Ewropew urew dubji dwar l-irkupru pproġettat fit-tkabbir ekonomiku fit-tieni nofs tas-sena. It-tħassib dwar l-ekonomija taż-żona tal-ewro ħabat ħames ġimgħat wara…

Barranin

Rappreżentanti ta’ Valletta Cruise Port u l-Awtorità tat-Turiżmu flimkien ma’ partijiet interessati pparteċipaw fis-Seatrade Cruise Global 2019 f’Miami. Is-Seatrade Cruise Global huwa l-pjattaforma ewlenija tal-industrija fejn ‘il fuq minn 11,000…

Barranin

L-ewro żdied, mgħejun mill-aħbar dwar domanda li qed tikber għall-munita unika fil-pjani tal-banek Ġappuniżi għal xiri ta’ negozju ta’ bosta biljuni minn bank Ċermaniż. L-ewro żdied b’0.29% kontra d-dollaru għal…

Aktar