Lokali
Ir-riskju tal-varjanti tal-Covid-19 jolqot ħażin l-isterlina

Muniti

L-ewro qed jiġi nnegozjat qrib id-$1.22 u rkupru mill-minuti tal-Federal Reserve Amerikan li nkludew ħjiel sottili lejn tnaqqis fix-xiri tal-bonds.

Is-sentiment tas-suq itjeb qed ikollu pressjoni fuq id-dollaru waqt li huma mistennija ċ-ċifri dwar il-qgħad fl-Istati Uniti.

L-isterlina tinsab ‘il fuq minn $1.41 hekk kif il-par qed jipprova jirkupra wara l-istqarrija tal-Federal Reserve.

Madankollu r-riskju tal-varjanti tal-Covid-19 u l-ftuħ mill-ġdid tal-ekonomija fir-Renju Unit qed jolqtu ħażin lill-isterlina.

Skont il-minuti tal-laqgħa, uffiċjali tal-Federal Reserve fil-laqgħa ta’ Agril stqarrew li titjib fl-espanjoni ekonomika jiġġustika li jkun hemm diskussjoni dwar il-politika dwar ir-rata tal-interessi.

Indiċi

L-indiċijiet maġġuri illum kienu pożittiv bid-DAX bl-aktar pożittiv u l-Ġappun bi kważi ebda movement.

Riflessjoni tas-sentiment tas-suq li qed jitieb, l-indiċi ta’ tħassib ta’ Wall Street tilef 4% llum. L-indiċi lokali illum tilef dwar nofs punt perċentwali.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-Malta International Airport illum wera żieda ta’ 1.56%.

Il-GO u l-Harvest Technology kienu negozjati bla ebda bidla, Trident Estate kienu fuq quddiem f’territorju negattiv bi tnaqqis ta’ 5.63% segwiti minn RS2 Software bi kważi 4% waqt li tal-Bank of Valletta tilfu 1%.

Bonds

Kienet ġurnata pożittiva għall-bonds lokali bid-Dizz Fiunance juru żieda ta’ 2%.

Il-Hili Properties, il-MeDirect u l-SD Finance żdiedu madwar 1%. Kien hemm żidiet inqas fil-Virtu, Tumas u n-1923 Investments.

Prodotti essenzjali

Il-prezz taż-żejt baqa’ baxx matul is-sessjoni bikrija Amerikana għalkemm imbaghad rnexxielu jikseb lura xi telf ta’ matul il-jum.

Id-deprezzament riċenti tad-dollaru Amerikan għen biex tjiebu l-prezzijiet tal-oġġetti essenzjali.

Iżda waqt li xi strateġisti jistennew dollar u aktar b’saħħtu u jkollu pressjoniet fuq l-prodotti, il-prezzijiet taż-żejt probabilment se jiżdiedu.

Dan it-tagħrif kien miġjub mill-BNF Bank.