Barranin
Ir-riżenja tal-konsulent ekonomiku ta’ Trump ħalliet effett fuq id-dollaru u d-deheb

Id-dollaru waqa’ aktar minn nofs punt perċentwali kontra l-yen  hekk kif it-tluq ta’ Gary Cohn, il-konsulent ekonomiku ewlieni  għall-President Trump, qajjem tħassib li t-tensjonijiet dwar gwerra kummerċjali dinjija daħlu f’fażi ogħla ġdida.

L-Isterlina tbaxxiet għall-aktar livell dgħajjef kontra l-ewro minn Novembru, hekk kif l-investituri tħassbu dwar l-abbilità tar-Renju Unit li jikseb ftehim favorevoli għall-ħruġ mill-Unjoni Ewropea, qabel żewġ diskorsi dwr il-Brexit aktar tard fil-jum.

Id-Dollaru Awstraljan u dak ta’ New Zealand daħlu f’inkwiet hekk kif l-investituri qed jibżgħu minn tħassib dwar ir-riskju ta’ gwerra kummerċjali dinjija, waqt li ċifri dgħajfa ekonomiċi Awstraljan komplew jgħarrqu l-qagħda.

L-ewro kien l-aktar b’saħħtu kontra l-munita Kanadiża waqt li tilef xi ftit kontra l-yen.

Indiċijiet

L-ishma Ewropej fetħu baxxi wara r-riżenja ta’ Cohn, li kien meqjuż bħala avversarju qawwi tal-forzi protezzjonisti fil-Gvern Amerikan. Bosta swieq u setturi Ewropej kienu baxxi, bid-DAX jitlef l-aktar, 0.7%, għalkemm wara irkupra u daħal f’territorju pożittiv.

Il-manifattur tal-ajruplani Brittaniku, ir-Rolls-Royce RR.L kien l-aħjar li mar fl-indiċi Stoxx b’żieda ta’ 8.5% wara li ħabbar li jinsab fi triq tajba biex jissodisfa l-miri finanzjarji tiegħu għall-2020. L-indiċijiet fl-Istati Uniti fetħu f’territorju negattiv bid-Dow Jones jiftaħ bit naqqis ta’ 1%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt mhux raffinat żdied mas-swieq finanzjarju fl-Istati Uniti fuq tbassir ta’ tkabbir qawwi fid-domanda  u tħassib li l-produzzjoni mill-produtturi tal-OPEC ser tikber b’pass inqas fis-snin li ġejjin.

Il-prezzijiet tad-deheb tbaxxew minħabba bejgħ biex jinkiseb il-qligħ wara li kien laħaq l-ogħla livell f’ġimgħa aktar qabel wara l-aħbar tat-tluq tal-ekonomista ewlieni ta Trump . Dan qajjem aktar biża ta’ gwerra kummerċjali li laqtet ħażin lid-dollaru.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-Dollaru reġa’ waqa’ għall-inqas livell f’seba’ ġimgħat kontra grupp ta’ muniti ewlenin hekk kif naqas it-tħassib dwar l-impatt tat-tilwima kummerċjali bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti. Is-swieq finanzjarji issa qed…

Barranin

Id-Dollaru resaq lejn l-inqas rata f’seba’ ġimgħat kontra grupp ta’ muniti oħrajn, waqt li l-muniti bbażati fuq l-prodotti essenzjali avvanzaw wara serħan li l-aħħar rawnd ta’ tariffi mħabbra miċ-Ċina u…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żamm qrib l-inqas rati f’seba’ ġimgħat kontra r-rivali tiegħu waqt li muniti riskjużi żdiedu wara li l-President Trump kabbar it-tilwima maċ-Ċina bl-impożizzjoni ta’ tariffi ta’ 10% fuq madwar…

Barranin

Id-Dollaru llum tilef iż-żidiet bikrija u tbaxxa waqt li l-muniti tas-swieq emerġenti tilfu kważi nofs punt perċentwali hekk kif l-investituri qed jistennew il-mossa li tmiss fit-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Uniti…

Aktar