Ir-Russu bl-akbar dħul fl-2012

Il-magażin Forbes, qal li Igor Sechin, president tal-kumpanija taż-żejt ġganteska Rosneft, huwa l-aktar ħaddiem imħallas fir-Russja. Sechin, li qabel kien deputat prim ministru u konsulent tal-President Vladimir Putin, is-sena li għaddiet qala’ $50 miljun (€37.11 miljun).

Fit-tieni post hemm il-president tal-bank VTB, Andrei Kostin, b’$35 miljun (€30 miljun) u t-tielet Alexei Miller, president tal-kumpanija tal-gass statali Gazprom.