Barranin
Is-CBOE, li jkejjel il-biża’ tal-investituri f’Wall Street, qed jogħla bi kważi 20%

Muniti

Id-dollaru Amerikan żdied matul it-tieni nofs ta’ Lulju u l-ewro kien jiswa $1.1800 sakemm tela’ għal $1.1771. Is-swieq finanzjarji baqgħu jieħdu ħjiel mill-banek ċentrali u ċifri dwar it-tkabbir għal direzzjoni.

Il-pressjoni tal-bejgħ fil-Yen Ġappuniż flimkien ma’ domanda b’saħħitha għad-dollaru Amerikan wasslet biex l-ewro tbaxxa għall-inqas rata kontra l-yen ta’ qrib il-129.00 yen.

Indiċi

Wara li l-ġimgħa li għaddiet kellhom it-telf, l-indiċi ewlenin tal-ishma fl-Istati Uniti fetħu aktar baxxi fost sentiment mill-agħar. Fl-isfond ta’ sentiment kontra r-riskju fis-swieq, l-Indiċi tal-Volatilità VIX taċ-Chicago Board Options Exchange, is-CBOE, li jkejjel il-biża tal-investituri f’Wall Street, qed jogħla bi kważi 20%.

Kmieni waranofsinhar, l-indiċijiet fl-Istati Uniti, għalkemm deskritti bħala li tbaxxew ħafna, kienu qed jitilfu anqas mill-indiċijiet maġġuri fl-Ewropa, fejn pereżempju d-DAX tal-Ġermanja kien qed jitlef aktar minn minn 2.62%. It-Topix tal-Ġappun ukoll tbaxxa. L-indiċi lokali wkoll tilef iżda t-tnaqqis kien ftit imqabbel mal-indiċijiet globali.

Shares

Fl-ishma lokali kien hemm biss negozju f’erba’ ishma li tlieta minnhom ma kellhom l-ebda moviment. L-uniku sehem li kellu ċaqliqa kien it-Tigne Mall li tilef 19.33%. L-ishma li kienu negozjati wkoll kienu l-Bank of Valletta, il-Malta International Airport u PG.

Bonds

Il-bonds lokali kienu aktar attivi llum bil-preferenza lejn żieda fil-prezz. In-1923 Investments 2024 avvanzaw 2.5%. Ix-Shoreline żdiedu 1.50%. Kien hemm żieda ta’ 0.99% fil-bonds ta’ Eden Finance Eden, waqt li kien hemm żieda ta’ 0.49% fil-Browns. Kien hemm telf baxx fil-Hili u l-GO.

Prodotti Essenzjali

Il-11-il setturi maġġuri fl-S&P 500 kienu kollha negattivi llum. Taħt pressjoni minn tnaqqis ta’ aktar minn 3% fil-prezz taż-żejt mhux raffinant, l-Indiċi tal-Enerġija kien qed jitlef 3.3.%. Sadanittant, l-Indiċi tal-Utilitajiet tilef biss 0.05%. Id-deheb u l-fidda tilfu, bid-deheb jitlef ftit u l-fidda titlef 1.56%.