Lokali
Is-saħħa tal-ewro tvajra skont l-isfidi li qed tiffaċċja bħalissa

L-ewro stabbilizza wara t-telf qawwi tal-ġimgħa li għaddiet iżda t-theddida li qed tikber ta’ gwerra kummerċjali globali, tilwima fil-koalizzjoni Ġermaniża u Bank Ċentrali Ewropew aktar iebes fil-politika monetarja kollha tefgġħu piż fuq il-munita unika.

Wara li kellu l-akbar tnaqqis f’xahar wara li l-Bank Ċentrali Ewropew ħabbar li kien ser iżomm ir-rati tal-interessi f’livelli baxxi rekord matul is-sajf tal-2019, l-ewro reġa’ tilef illum qabel irkupra xi ftit  b’0.08% għal $1.1616, ftit aħjar mil-livell riċenti baxx ta’ $1,1543.

Deċiżjoni mill-Istati Uniti nhar il-Ġimgħa li għaddiet biex timponi tariffi fuq $50 Biljun fuq prodotti Ċiniżi kienet l-aħħar pass fit-tilwima kummerċjali li qed tikber bejn l-akbar ekonomiji fid-dinji u li qed iżżomm lil swieq oħrajn fuq ix-xwiek.

L-ewro tbaxxa xi ftit kontra l-yen, bi tnaqqis ta’ 0.09% għal 128.32 Yen. Il-frank Żvizzeru żdied ukoll, u b’hekk ikkawża tnaqqis ta’ 0.21% tal-ewro kontra l-munita Żvizzera.

L-ewro żdied b’0.43% kontra l-isterlina għal rata ta’ £0.8774, bl-investituri mhux imħajra jixtru l-isterlina qabel il-laqgħa dwar il-politika monetarja tal-Bank of England din il-ġimgħa u konfrontazzjoni parlamentari oħra mistennija dwar il-pjan tal-Gvern dwar il-Brexit.

Bit-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina tnissel kawtela fis-swieq finanzjarji oħra, u ftit li xejn tama fi statistika ekonomika Ingliża fil-ftit jiem li ġejjin, l-analisti qalu li l-isterlina mistennija tibqa’ fil-firxa dejqa ta’ bħalissa qabel il-laqgħa tal-Bank of England nhar il-Ħamis.

Sforzi mill-Prim Ministru Theresa May sabiex tikkonvinċi lill-partit tagħha sabiex jappoġġa il-pjani tagħħa dwar il-Brexit ser ikompli jitfgħu pressjoni fuq l-isterlina. Il-pjani tagħha qed jistennew li ma jgħaddux mill-House of Lords u dan iwassal għall-konfrontazzjoni qawwija mal-membri parlamentari ribelli aktar tard din il-ġimgħa.

Indiċi

L-ishma Ewropej tbaxxew għat-tieni jum wara l-ieħor għax it-tħassib dwar il-gwerra kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina qed iżomm lill-investituri fuq ix-xwiek.

Il-FTSE 100, l-iSTOXX 50, id-DAX u l-CAC 40 kollha kienu f’territorju negattiv bl-akbar tnaqqis fid-DAX, ta’ 1.54% fid-DAX. Il-FTSE 100, il-CAC 40 u l-iSTOXX 50 tilfu 0.31%, 1.40% u 1.39% rispettivament.

Id-Dow Jones fetaħ bi tnaqqis ta’ 0.99%, waqt li kien hemm tnaqqis ukoll ta’ 0.10% fl-Indiċi tal-Borża ta’ Malta.

Ishma

Il-Malita Investments, il-Mapfre Middlesea, l-RS2 Software, u l-HSBC Bank Malta kollha żdiedu b’aktar minn 1.00%. Il-Malita Investments kellha l-akbar żieda ta’ 3.01%.  F’territorju negattiv kien hemm il-Malta Properties Company, it-Trident Estates u l-GlobalCapital li tilfu aktar minn 3% bil-Global Capital jitilfu 5.88%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds  kien hemm żieda ta’ 0.44% fil-Von der Heyden Group Finance 2024, ta’ 0.25% fil-Medserv 2020/23, ta’ 0.01% fil-Bank of Valletta 2019 u 0.01% fil-Hudson Malta 2026.

F’territorju negattiv kienu in-1923 Investments 2024 (qabel PTL Holdings), il-Mediterranean Investments Holdings 2022 u l-Bank of Valletta 2030 (it-tieni serje) li tbaxxew b’aktar minn 1.00%.

Kommoditajiet

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu qabel l-laqgħa din il-ġimgħa tal-OPEC li mistennija li żżid il-provvista globali ta’ żejt mhux maħdum u hekk kif l-investituri studjaw l-impatt tal-gwerra kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Il-light crude tbaxxa għall-inqas prezz f’xahrejn ta’ $63.59 kull barmil, iżda imbagħad irkupra għal $65.05 kull barmil, però xorta wera tnaqqis ta’ 0.03%.

Il-brent sadattant żdied b’aktar minn $1 għal $74.45 u kien qed jiġi nnegozjat bit-$78.38, żieda ta’ 1.89%. Il-Brent matul Mejju kien tela ‘il fuq minn $80 iżda minn dak iż-żmien tbaxxa wara rapporti li l-fornituri ewlenin l-Għarabja Sawdija u r-Russja ser iżidu l-produzzjoni.

Sadattant fil-qasam tal-metalli prezzjużi, il-prezz tad-deheb tbaxxa b’0.06% u l-fidda b’0.67%.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-Dollaru reġa’ waqa’ għall-inqas livell f’seba’ ġimgħat kontra grupp ta’ muniti ewlenin hekk kif naqas it-tħassib dwar l-impatt tat-tilwima kummerċjali bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti. Is-swieq finanzjarji issa qed…

Barranin

Id-Dollaru resaq lejn l-inqas rata f’seba’ ġimgħat kontra grupp ta’ muniti oħrajn, waqt li l-muniti bbażati fuq l-prodotti essenzjali avvanzaw wara serħan li l-aħħar rawnd ta’ tariffi mħabbra miċ-Ċina u…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żamm qrib l-inqas rati f’seba’ ġimgħat kontra r-rivali tiegħu waqt li muniti riskjużi żdiedu wara li l-President Trump kabbar it-tilwima maċ-Ċina bl-impożizzjoni ta’ tariffi ta’ 10% fuq madwar…

Barranin

Id-Dollaru llum tilef iż-żidiet bikrija u tbaxxa waqt li l-muniti tas-swieq emerġenti tilfu kważi nofs punt perċentwali hekk kif l-investituri qed jistennew il-mossa li tmiss fit-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Uniti…

Aktar