Barranin
Is-sanzjonijiet mistennija mill-Istati Uniti fuq l-Iran iwasslu għal żieda fil-prezz taż-żejt

L-Isterlina tilfet kontra d-Dollaru hekk kif dan issaħħaħ minħabba dħul dejjem jikber mill-bonds tat-Teżor Amerikan, waqt li l-investituri baqgħu kawti qabel l-istatistika dwar it-tkabbir ekonomiku li toħroġ għada. L-istatistika tkun l-aħħar waħda importanti qabel mal-Kumitat dwar il-Politika Monetarja tal-Bank of England jiltaqa’ kmieni ix-xahar id-dieħel, bis-swieq maqsuma dwar jekk il-bank ċentrali huwiex ser iżid jew le ir-rati tal-interessi.

Il-Gvernatur tal-Bank of England Mark Carney tappan il-fiduċja dwar iż-żieda meta qal li l-istatistika ekonomika hija “mħallta” u li hemm laqgħat oħra din is-sena.

Id-Dollaru tal-Awstralja u ta’ New Zealand baqgħu mwaħħlin qrib l-inqas rata f’erba’ xhur wara t-tisħiħ fid-dollaru minħabba is-saħħa tal-bonds tat-Teżor li naqqset naqqas is-sentiment globali għar-riskju.

Id-dollaru Kanadiż tbaxxa għall-inqas rata f’aktar minn tliet ġimgħat kontra dak Amerikan, hekk kif dan tal-aħħar kompla juri żieda kontra grupp ta’ muniti ewlenin.

Il-krona Żvediża irrijaffermat l-istatus tagħha bħala waħda mill-aktar muniti dgħajfa fl-2018 wara li l-bank ċentrali qal li r-rati tal-interessi ser jogħlew lejn l-aħħar tas-sena, aktar tard milli kien previst, u b’hekk tbaxxiet il-munita.

L-ewro nqala’ mill-anqas livell fi tmien ġimgħat hekk kif l-investituri qed iħejju rwieħhom għal-laqgħa tal-Bank Ċentrali Ewropew, meta jfittxu xi ħjiel dwar meta l-bank ser jibda jżarma l-istimulu monetarju tiegħu.

L-indiċijiet illum kienu x’aktarx pożittivi bil-FTSE 100 jitbaxxa xi ftit waqt li l-indiċijiet Ewropej ewlenin oħrajn żiedu sa kwart ta’ 1%, hekk kif is-swieq qed iħejju għal dak li ser iħabbar il-Bank Ċentrali Ewropew.

L-aġġornament mis-suq lokali jerġa jkun għada hekk kif illum ser niffokaw fuq il-laqgħa tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Il-Bank Ċentrali Ewropew mistenni li ma jbiddilx il-politika tiegħu, jnaqqas it-tħassib dwar id-dgħufija riċenti tal-ekonomija taż-żona tal-ewro u jħalli l-bieb miftuħ biex itemm il-programm qawwi ta’ xiri ta’ bonds tiegħu sa tmiem is-sena.

Ekonomisti qalu li wara li irriforma l-gwida tiegħu x-xahar li għadda biex jirrifletti tkabbir b’saħħtu, il-Bank probabilment ser jargumenta li l-ekonomija miexja tajjeb u li  u l-istatistika eċċezzjonali li kien hemm fil-bidu tas-sena aktarx li ma tkunx sostnuta.

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu, sostnuti minn stennija li l-Istati Uniti ser terġa’ timponi sanzjonijiet kontra l-Iran, minn  tnaqqis fil-produzzjoni fil-Veneżwela u minn domanda qawwija ta’ bħalissa.

Il-prezzijiet tad-deheb baqgħu f’firxa dejqa, qrib l-inqas livell f’ħames ġimgħat fis-sessjoni ta’ qabel, taħt pressjoni mid-dollaru u mill-bonds tat-Teżor Amerikan.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-dollaru żdied għall-ogħla rata f’ħames xhur illum hekk kif tnaqqas it-tħassib dwar gwerra kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, u dan ħajjar l-investituri biex ikabbru s-sentiment favur il-munita Amerikana. L-investituri…

Barranin

L-Ewro llum tbaxxa għall-inqas rata f’ħames xhur għax l-investituri qed juru tħassib dwar it-talbiet tal-partiti populisti li mistennija jiffurmaw gvern fl-Italja u hekk kif żieda ġdida fid-dħul tal-bonds tat-Teżor Amerikan…

Barranin, Lokali

L-ewro baqa’ mwaħħal qrib l-inqas rata wara l-aħbar ta’ tkabbir ekonomiku dgħajjef aktar milli mistenni fil-Ġermanja u żieda fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan għenet lid-dollaru jirkupra wara pawsa fiż-żidiet. Is-saħħa tad-dollaru…

Barranin

Id-Dollaru tbaxxa għall-inqas livell f’ġimgħa hekk l-investituri bdew jiddubitaw jekk l-irkupru tal-ġimgħa li għaddiet li wassal lill-munita Amerikana għall-ogħla livell f’aktar minn erba’ xhur kienx spiċċa. Id-Dollaru żdied hekk kif…

Aktar