X

Is-sanzjonijiet tal-Istati Uniti jwaqqgħu l-valur tal-Ewro u l-lira Torka

Turkish 10, 20, 50 and 100 lira banknotes sit on the counter of a currency exchange bureau in Istanbul, Turkey, on Thursday, Aug. 11, 2016. At least 10 lenders in the country announced they'd slashed interest charges on mortgage loans on Wednesday since President Recep Tayyip Erdogan said resistance to lower borrowing costs could be "treason." Photographer: Kerem Uzel/Bloomberg

Muniti

L-Ewro tbaxxa għall-inqas rata fi 13-il xahar, il-muniti tas-swieq emerġenti komplew jitilfu u l-Yen tela’ għall-ogħla rata f’sitt ġimgħat għax il-waqgħa fil-valur tal-lira Torka wasslet biex l-investituri jfittxu muniti meqjusa siguri.

L-Ewro żdied 0.08% kontra d-Dollaru għal $1.1419. Il-munita unika żdiedet b’0.13% kontra l-Isterlina; 0.29% kontra d-Dollaru Awstraljan; 0.07% kontra d-Dollaru Kanadiż u 0.04% kontra l-Yen. Madankollu l-Ewro baqa’ l-istess kontra l-Frank Żvizzeru.

Indiċi

L-ishma tal-banek ġibdu ‘l isfel l-ishma Ewropej hekk kif il-kriżi ekonomika li qed tikber fit-Turkija baxxiet il-fiduċja tal-investituri fil-banek esposti għal dan il-pajjiż.

Fl-Ewropa, l-indiċijiet kienu kollha f’territorju negattiv. Il-FTSE 100 tbaxxa b’0.39%; l-iSTOXX 50 b’0.48%; id-DAX b’0.52% u l-CAC 40 b’0.07%.

Id-Dow Jones fetaħ 0.12% ogħla waqt li kien hemm żieda ta’ 1.269% mal-għeluq fl-Indiċi tal-Borża ta’ Malta.

Ishma

Fis-sessjoni tal-ishma lokali, il-GO żdiedu b’0.59% għal €3.40. Sadattant il-Malita Investments, il-Bank of Valletta, il-Plaza Centres, il-Mapfre Middlesea u l-HSBC Bank Malta tbaxxew b’aktar minn 1.00% bl-HSBC Bank Malta jitlef 4.76%.

Bonds

Fil-bonds lokali, il-Hili Finance Company 2028, il-Pendergardens Developments 2022, il-Mediteranean Maritime Hub Finance 2026 u l-GAP Group 2023 żdiedu b’aktar minn 0.20%.

Sadattant il-Premier Capital 2026, Simonds Farsons Cisk 2027 u Tumas Investments 2024 tbaxxew b’aktar minn 0.40%.

L-Organizzazzjoni tal-Pajjiżi Esportaturi taż-Żejt, l-OPEC, qed tbassar domanda aktar baxxa għaż-żejt mhux maħdum tal-membri tagħha hekk kif ir-rivali qed jipproduċu aktar. L-Organizzazzjoni qalet li l-esportatur ewlieni, l-Għarabja Sawdija, ħerqana li tevita provvista żejda, naqqset il-produzzjoni. It-tnaqqis fid-domanda għaż-żejt tal-OPEC ifisser li ser ikun hemm inqas pressjoni fuq produtturi oħrajn biex jagħmlu tajjeb għat-telf mill-Veneżwela u l-Libja u potenzjalment mill-Iran hekk kif jibdew is-sanzjonijiet mill-Istati Uniti.

Il-Brent tilef 0.23% għal $72.75 u l-U.S. Light crude tbaxxa b’0.50% għal $67.29.

Il-prezz tad-deheb wera tnaqqis ta’ 0.89% għal $1,200.98 kull uqija waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 1.04% fil-prezz tal-fidda għal $15.19 kull uqija.

rg :