Is-sentiment ekonomiku Ġermaniż jaffettwa tajjeb l-ewro

L-ewro żdied illum wara stħarriġ dwar is-sentiment ekonomiku Ġermaniż li kien aħjar milli mistenni, biċ-ċaqliq limitati biss minn dubbji li l-ħruġ tiegħu jista’ jibdel ir-retorika tal-Bank Ċentrali Ewropew. Id-dollaru ftit li xejn inbidel kontra l-yen hekk kif l-investituri baqgħu ħerqana dwar l-iskadenza dwar it-tariffi Amerikani ġodda kontra ċ-Ċina, l-elezzjoni Brittanika u l-laqgħat ta’ dil-ġimgħa kemm tal-Federal Reserve u l-Bank Ċentrali Ewropew.

Il-fokus issa intefa’ fuq jekk Washington tkomplix sejra b’sensiela ġdida ta’ tariffi fuq prodotti Ċiniżi nhar il-Ħadd jew jekk jistax jintlaħaq ftehim qabel. L-ewro żdied 0.14% għal $1.1079 wara stħarriġ li wera li s-sentiment fost l-investituri Ġermaniżi tjieb aktar milli mbassar matul Diċembru.

L-Isterlina żdiedet u kompliet bl-avvanzi riċenti hekk kif l-investituri ftit li xejn taw kas ta’ statistika dgħajfa dwar it-tkabbir ekonomiku u żammew l-attenzjoni tagħhom fuq l-aħħar jiem tal-kampanja elettorali. L-Isterlina ilbieraħ laħqet l-ogħla livell f’seba’ xhur kontra l-ewro għax l-investituri qed ikunu aktar ċerti li l-Konservattivi ser ikollhom maġġoranza fl-elezzjoni.

L-ishma Ewropej irtiraw għat-tieni jum wara l-ieħor għax l-investituri baqgħu lura minn investimenti kbar f’ġimgħa ppakjata minn ġrajjiet politiċi u ekonomiċi, inkluż it-tariffi kontra ċ-Ċina li qed jheddu li jiggravaw t-tensjoni kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

L-indiċijiet ewlenin ta’ Wall Street kienu resqin lejn żieda fil-ftuħ tan-negozju wara rapport li n-negozjaturi bejn Washington u Beijing kienu qed jippjanaw li jipposponi sensiela ġdida ta’ tariffi li suppost jidħlu nhar il-Ħadd.

Fl-ishma lokali, il-Bank of Valletta żdiedu b’0.98% u l-RS2 Software bi 2.88%. F’territorju negattiv kien hemm l-International Hotel Investments b’1.29%. L-HSBC Bank Malta, il-Plaza Centres u Santumas Shareholdings ma kellhom ebda ċaqliq minkejja n-negozju lis ar fihom.

Fis-settur tal-bonds lokali, l-AX Investments 2024 tilfu 0.13% segwiti minn Together Gaming Solutions 2024-2026 b’0.30%. F’territorju pożittiv kien hemm in-1923 Investments 2024 u s-6PM Holdings 2025 li żdiedu b’0.30%; id-Dizz Finance 2026 b’0.89%; l-SD Finance 2027 b’ 1.01% u l-akbar żieda ta’ 3.07% fil-Mercury Projects Finance 2027.

Il-prezzijeit taż-żejt llum tbaxxew għat-tinei jum infila hekk kif domanda globali li qed tonqos ħadet l-attenzjoni mill-ftehim tal-OPEC u l-alleati biex ikabbru t-tnaqqis fil-produzzjoni fl-2020. Il-Brent tilef 0.17% għal $64.10 waqt li l-West Texas Intermediate tilef 0.32% għal $58.81.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef iż-żidiet bikrin illum bl-investituri fil-muniti ma jagħtux każ it-tensjonijiet diplomatiċi bejn l-Istati Uniti uċ-Ċina u ż-żieda fil-każi tal-coronavirus. Waqt li s-swieq finanzjarji għal bidu tbaxxew hekk…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Il-yen tela’ għall-ogħla rata f’ġimagħtejn u muniti sensittivi għar-riskju tbaxxew wara żieda fl-infezzjonijiet ġodda…

Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan llum tbaxxa kontra l-parti l-kbira tal-muniti hekk kif rkupru f’assi riskjużi bħall-ishma globali u prodotti essenzjali naqqsu d-domanda għall-munita Amerikana meqjusa bħala sikura. L-ewro żdied 0.1% għal…

Id-dollaru tbaxxa kontra r-rivali tiegħu għax l-investituri evalwaw it-tamiet ta’ rkupru ekonomiku ta’ malajr kontra l-biża’ dwar il-qawmien mill-ġdid tal-pandemija, partikularment fl-Istati Uniti. Id-domanda għad-dollaru baqgħet stabbli hekk kif il-prezzijiet…

Aktar