Barranin
Is-sentiment pożittiv dwar l-Isterlina baqa’ tajjeb u b’saħħtu għat-tieni jum infila

Muniti

Id-dollaru huwa aktar baxx wara bejgħ qawwi għall-profitt qabel ma toħroġ l-istatistika importanti dwar il-manifattura u l-impjiegi fl-Istati Uniti llum u għada. Il-Bank of England żamm ir-rata bażika tal-interessi f’0.75% u bgħat messaġġi ġodda dwar il-politika monetarja.

L-ewro llum żdied 0.72% kontra d-dollaru għal $1.1393, l-akbar avvanz mill-20 ta’ Settembru, u b’hekk irkupra mill-inqas livell sena għal sena.

L-ewro wera wkoll żieda ta’ 0.12% kontra d-dollaru Kanadiż;ta’ 0.54% kontra l-Yen u 0.23% kontra l-Frank Żvizzeru.

Sadattant, is-sentiment pożittiv dwar l-Isterlina baqa’ tajjeb u b’saħħtu għat-tieni jum infila u b’hekk l-ewro tilef għal 0.8800 Sterlina. Il-munita unika tilfet 0.52% kontra l-Isterlina u 0.81% kontra d-Dollaru Awstraljan.

Indiċi

Iż-żidiet fl-ishma Amerikani sfumaw wara rkupru ta’ jumejn, bl-investituri jeżaminaw l-aħħar statistika ekonomika u rapporti finanzjarji qabel ma joħorġu r-riżultati finanzjarji tal-kumpanija Apple. Id-dollaru tbaxxa bl-ikbar rata minn Lulju.

Fl-Ewropa, il-FTSE 100 żdied b’0.13%; l-iSTOXX b’0.29% u d-DAX b’0.30%. Il-CAC 40 tilef 0.12%.

Id-Dow Jones illum fetaħ 0.51% ogħla waqt li kien hemm żieda wkoll ta’ 0.241% fl-Indiċi tal-Borża ta’ Malta.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali, l-ishma ta’ Trident Estates, Santumas Shareholdings, GlobalCapital, Bank of Valletta u Malta Properties Company żdiedu b’aktar minn 0.90% bit-Trident Estates juru l-akbar żieda ta’ 5.30% għal €1.39, Il-PG u l-HSBC Bank Malta tilfu aktar minn 1.40%.

Bonds  

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Plaza Centres 2026 u l-International Hotel Investments 2025 żdiedu b’aktar minn 0.40%. Il-Mediterranean Maritime Hub Finance 2026 ma wrew ebda bidla.

Min-naħa l-oħra kien hemm tnaqqis ta’ 0.01% fl-SD Finance 2027; ta’ 0.10% fil-Hili Properties 2025 0.47% fil-Hili Finance Company 2028 u 0.47% fil-Hal Mann Vella Group 2024.

Iż-żejt Brent tbaxxa b’0.29% għal $74.82 kull barmil waqt li kien hemm żieda ta’ 0.02% fil-U.S. Light crude għal $65.30.

Id-deheb żdied b’1.23% għal $1,229.70 u l-fidda żdiedet bi 2.59% għal $14.6166.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-Dollaru żamm qrib l-ogħla rata f’xahar illum hekk kif it-tensjonijiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina baqgħu għoljin qabel ma l-minuti tal-Federal Reserve jagħtu ħjiel dwar x’kien wassal lill-mexxejja…

Barranin

Muniti Id-Dollaru llum żamm iż-żidiet li kellu l-ġimgħa li għaddiet hekk kif l-investituri qed jistennew il-minuti tal-laqgħa tal-Federal Reserve li jistgħu jagħtu aktar ħjiel dwar x’wassal biex id-diretturi jieħdu atteġjament…

Barranin

Id-Dollaru żamm qrib l-ogħla rata f’ġimagħtejn kontra l-muniti rivali, sostnut minn statistika ekonomika tajba ferm mill-Istati Uniti u żieda fid-dħul tal-bonds tat-Teżor. L-indiċi tad-Dollaru kontra grupp ta’sitt muniti ewlenin ftit…

Barranin

Muniti L-Ewro llum żdied kontra d-Dollaru u l-Isterlina hekk kif kienet irtirata theddida Amerikana ta’ tariffi kontra l-karozzi, għalkemm iż-żieda fir-rata kienet limitata minn inċertezza dwar l-elezzjonijiet Parlamentri Ewropej tal-ġimgħa…

Aktar